Left arrow Mur Lura

Inawgurat il-Kumpless Kummercjali GALLERIA - Aktar promoturi privati mhajra jinvestu fin-Nofsinhar ta' Malta

PR2329
Date Icon 04/12/1997
Il-Prim Ministru Alfred Sant awgura li jkun hemm aktar promoturiMaltin li jinvestu fl-inhawi tan-Nofsinhar ta' Malta biex tkompli tizdied l-attivita' kummercjali fl-inhawi tal-Kottonera li huma diga' moghnija b'wirt storiku, arkitettoniku u kulturali. Il-Prim Ministru qal dan il-lejla meta kien qieghed jinawgura l-kumpless kummercjali Galleria fil-Fgura. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qieghed kontinwament jinkoraggixxi lis-settur privat biex jidhol ghal dawn l-inizjattivi biex ikomplu jsebbhu n-naha ta' isfel ta' Malta .
Il-Prim Ministru enfasizza li waqt li nghozzu l-wirt taghnafil-Kottonera ma nistghux nistriehu biss fuq is-sinjifikat storiku ta' l-arkitettura u l-istorja ta' dawn l-inhawi. Jehtieg li dawn l-inhawi jinghataw aktar hajja, jehtiegu aktar investiment privat biex tabilhaqq jinholqu aktar opportunitajiet ta' xoghol ghar-residenti tal-bliet u l-irhula fin-naha tan-Nofsinhar ta' Malta.
Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li l-Gvern qieghed jinkoraggixxiaktar turisti jzuru l-inhawi tal-Kottonera u tan-naha ta' isfel ta' Malta bil-ghan li l-gid mill-industrija tat-turizmu jitgawda wkoll f'din il-parti ta' pajjizna. Dr. Sant qal li l-Gvern il-gdid mill-ewwel kien iddikjara li se jaghti attenzjoni specjali lin-Nofsinhar ta' Malta. Ghal dan il-ghan tfassal pjan biex din il-parti ta' pajjizna tinghata r-ruh, kemm b'investiment turistiku, kemm b'inizjattivi ohra li jkomplu jsebbhu l-bliet u l-irhula taghna.
Il-Prim Ministru semma l-hsieb tal-Gvern li jkun hemm yachtmarina gdida fil-Birgu li mistennija tkompli taghti nifs gdid lill-kummerc lill-inhawi tal-Kottonera u tal-bliet u l-irhula tal-vicin. Il-Gvern qieghed jaghti l-appogg kollu tieghu biex is-settur privat iwettaq progetti ta' din ix-xehta f'kull naha tal-gzejjer taghna.
Il-Prim Ministru qal li s-success kummercjali tal-Galleriaghandu jhajjar aktar investituri fis-settur privat biex jinvestu f'dawn l-inhawi. Fix-xhur u fis-snin li gejjin, il-Gvern se jkun qieghed ikompli jahdem biex it-turisti li jzuru l-gzejjer taghna, ikunu mhajra wkoll jzuru n-Nofsinhar ta' Malta li ghandhom valur storiku mill-akbar u li sa fl-ahhar bdew jigu apprezzati wkoll mill-barranin li jzuruna. Il-bliet tal-Kottonera, li minnhom harget il-Fgura, ghandhom fost l-isbah bini u wirt storiku li ghandna fil-gzejjer Maltin u huma zgur ta' attrazzjoni ewlenija ghal dawk kollha li jzuruna.
Il-Prim Ministru qal li l-ftuh tal-Galleria se jkomplijaghti dehra isbah lill-Fgura. Hafna fin-Nofsinhar ta' Malta - u bir-ragun - kienu jhossuhom minsijin minn investimenti ta' din ix-xorta u kienu jridu johorgu 'l barra mill-bliet u l-irhula taghhom biex jixtru l-bzonnijiet taghhom. Waqt li s-settur privat jibqa' jigi inkoraggit jinvesti f'dawn l-inhawi, il-Gvern matul din is-sena se jkun qieghed jaghmel xoghol ta' upgrading f'Marsaxlokk, Birzebbuga u f'Wied il-Ghajn. Dawn ix-xoghlijiet huma mahsubin biex dawn il-lokalitajiet ihajru aktar nies izuruhom, l-istess kif fl-ahhar sena sar f'Bugibba, li bl-ghajnuna tas-settur privat giet trasformata f'wahda mill-isbah attrazzjonijiet tal-gzejjer Maltin.
Pajjizna jixraqlu li jzomm l-istess livelli ta' stabbilimentikummercjali fl-Ewropa u f'inhawi ohra. L-inizjattiva ta' Galleria ma taghmilx ghajb lil stabbilimenti ewlenin fil-bliet ewlenin ta' l-Ewropa, qal il-Prim Ministru. 'Bhala Malti nhossni kburi li s-settur privat taghna sar ifittex l-istil u l-arti fil-kumplessi kummercjali taghna. Il-poplu taghna jixraqlu l-ahjar u nhoss li aktar ma jkun hawn inizjattivi bhal dawn, aktar inkunu assigurati li se jkompla joghla l-livell ta' ghajxien tal-poplu taghna', temm jghid il-Prim Ministru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow