Kampanja edukattiva dwar l-immaniggjar ta' l-iskart
PR2317
03/12/1997
Bhala parti mill-kampanja edukattiva dwar l-immaniggjar ta' l-iskart, il-Gvern se jipprovdi skips u bins fl-iskejjel biex sa minn eta' zghira t-tfal jitghallmu dwar l-importanza tas-separazzjoni ta' l-iskart u kif jisseparawh.
Dan qalu l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr. George W. Vella, meta llum indirizza lill-ghalliema ta' l-iskejjel Primarji waqt seminar ta' jumejn bit-tema L-Immaniggjar ta' l-Iskart - Ir-Rwol ta' l-Iskola. Il-Vici Prim Ministru emfasizza r-rwol importanti li ghandhom l-ghalliema sabiex ifehmu lit-tfal l-importanza ta' l-immaniggjar ta' l-iskart.
| Bhalissa l-Gvern qieghed jahdem fuq it-twaqqif ta' kampanja ma' | Malta u Ghawdex kollha biex titrawwem kuxjenza dwar l-immaniggjar ta' l-iskart. Ir-residenti ta' Wied il-Ghajn u Pembroke diga' qeghdin jisseparaw l-iskart fuq bazi volontarja. Din l-iskema hemm il-hsieb li tinfirex fuq skala nazzjonali. |
| L-ewwel gurnata tas-seminar kienet il-bierah u fiha hadu sehem | ghalliema ta' l-iskejjel sekondarji, filwaqt li llum hadu sehem ghalliema minn skejjel primarji. F'din l-attivita' gie deciz li jkun hemm kumitat kompost mill-partijiet kollha involuti f'din il-kampanja ta' edukazzjoni favur l-immaniggjar ta' l-iskart. L-iskop ta' dan il-kumitat se jkun li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tas-seminar. |
| F'dan is-seminar ta' jumejn kien hemm partecipazzjoni qawwija minn | ghalliema ta' skejjel, kemm tal-Gvern u anke privati. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911