Stqarrija mill-Ministru Charles Mangion u mill-Ministru Noel Farrugia dwar gonna f'diversi lokalitajiet
| Wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli Lokali skond l-att dwar | il-Kunsilli Lokali tikkonsisti fil-manutenzjoni ta' gonna u soft areas. |
| L-izvilupp ta' gonna fil-lokalitajiet hija ta' importanza | ghall-hajja socjali ahjar tac- cittadin u joholqu wkoll svog fejn wiehed jghaddi ftit mill-hin liberu tieghu. Dipartiment li l-iktar joffri servizzi tieghu ghall-manutenzjoni u tishih ta' gonna fil-lokalitajiet lill-Kunsilli huwa d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fi hdan il-Ministeru ta' l-Agrikoltura. |
| Bhala parti mill-inizjattiva biex id-Dipartimenti tal-Gvern | Centrali itejjbu s-servizzi li huma jaghtu, il-Ministeru ta' l-Agrikoltura flimkien mal-Ministeru tal-Kunsilli Lokali qeghdin ifasslu pjan kif il-Ministeru ta' l-Agrikoltura flimkien mal-Kunsilli Lokali jaghtu spinta 'l quddiem l-izvilupp ta' gonna fil-lokalitajiet. Dan huwa l-hsieb wara Urban and Rural Landscaping Scheme li l-Ministeru ta' l-Agrikoltura flimkien mal-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli qed imexxi l-quddiem ghal matul 1998. |
| Bhala preparazzjoni ghat-twettieq ta' din l-iskema d-Dipartiment ta' | l-Agrikoltura diga' lesta mixtla estensiva ta' pjanti u sigar biex ikunu lesti biex jithawwlu fil-lokalitajiet diversi. Barra minn hekk id-Dipartiment ghandu haddiema kapaci hafna fil-bini ta' hitan tas-sejjiegh u gonna biex ikunu jistghu jwettqu dan il-pjan. |
Il-Kunsilli Lokali wkoll ghandhom rwol importanti f'dan il-process. Il-partnership li hadem tant tajjeb mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fil-manutenzjoni ta' skejjel u issa wkoll fl-izvilupp ta' natura kapitali ghandu jigi estiz ghal oqsma ohra. Dan ghandu jghin fil-process proprju ta' decentralizzazzjoni ghar-rizorsi umani u rizorsi ohra li ghandu l-Gvern Centrali biex ikunu jistghu jigu utilizzati ahjar fil-livell lokali b'kollaborazzjoni shiha mal-Kunsill Lokali.
Fid-dawl ta' sitwazzjoni li l-Gvern bl-aktar mod serju qed jaghmel dak kollu biex jindirizza d-deficit strutturali, huwa importanti li inizjattivi simili jirnexxu biex, l-ghan tal-Gvern dwar il-finanzi pubblici fuq perijodu ta' tlett snin jirnexxi. Fl-interess nazzjonali huwa importanti li l-Kunsilli Lokali u l-Gvern Centrali jikkordinaw iktar hidmiethom biex jinghata servizz ahjar lic-cittadin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911