Dr Gavin Gulia jiltaqa' mas-Self Employed
PR2314
03/12/1997
| Il-persuni b'dizabilita' fis-socjeta' kienu s-suggett ta' tahdita | pubblika li saret fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. It-tahdita, immexxija mill-Professur Len Barton (Universita' ta' Sheffield, RU) giet organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita' bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex bhala parti mill-attivitajiet fil-gimgha ta' persuni b'dizabilita'. |
| Il-Professur Barton tkellem dwar kif persuni b'dizabilita' jistghu | jigu inkluzi fis-socjeta', sitwazzjoni hafna drabi mfixkla mill-kunsiderazzjoni ta' persuni b'dizabilita' bhala piz f'socjeta' iddettata minn kompetizzjoni qawwija. Il-Professur Barton qal li l-persuni b'dizabilita' u d-differenzi taghhom ghandhom ikunu kkunsidrati b'dinjita'. Hafna drabi hija s-socjeta' li tohloq il-limitazzjonijiet ghal dawn il-persuni ghaliex ftit jezisti impenn biex dawn ikunu mghejjuna jghixu hajja kemm jista' ikun indipendenti. |
| Ghal din it-tahdita kienu mistiedna edukaturi, genituri u | professjonisti li jahdmu mill-qrib ma' persuni b'dizabilita'. Fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, ghada l-Hamis 4 ta' Dicembru, ser isir forum bis-suggett L-Isfida tad-dizabilita' fl-individwu, fil-familja, fis-socjeta' bil-koperazzjoni tac-Centru ghat-Tahrig ta' l-Adulti ta' Ghajnsielem. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911