Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Awtoritajiet tas-Sahha

pr2280
Date Icon 28/11/1997

Fil-harga ta' gurnal lokali bil-Malti tal-bierah 27 ta' Novemberu, 1997 deher artiklu bl-isem: "Instab il-fejqan ghal dawk morda bil-cancer.

F'dan l-artiklu l-gurnalista Tonio Bonello kiteb li professur ta' nazzjonalità Armena rnexxielu jsib is-sustanzi li permezz taghhom ifejjaq il-cancer . Il-professur gie allegat li qal lill-gurnalista li ghalkemm din is-sustanza tiswa eluf kbar ta' liri huwa ghamel offerta eccezzjonali lill-Gvern Malti li l-kura tinghata lill-Maltin b'xejn.

L-Awtoritajiet tas-Sahha jiddeploraw bil-qawwa l-agir ta' dan il-gurnal lokali li qabel ma ppubblika l-artiklu ma vverifikax il-fatti ma' min hu espert.

L-artiklu huwa ezempju ta' gurnalizmu sensazzjonali u irresponsabbli.

Wahda mill-persuni msemmija fl-artiklu kellha laqgha mad-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Onkologija fl-Isptar Boffa. L-opinjoni medika lokali hija li dak li qed jinghad dwar dan it-tip ta' kura mhuwiex gustifikat sakemm ma jigix sostanzjat xjentifikament. Dan ifisser provi xjentifici rigoruzi maghrufin bhala clinical trials li jkunu rikonoxxuti bhala validi fil-pubblikazzjonijiet xjentifici esperti wara skrutinju bir-reqqa tar-rizultati.

Nafu mill-esperjenza u fil-prattika li, aktar ma wiehed ikun sensazzjonali f'dak li jallega li huma kisbiet, aktar wiehed jiddubita l-verità ta' dak li jkun qed jigi allegat. Jezistu nies esperti f'pajjizna li jistghu jaghtu parir car u xjentifiku u kellha tittiehed l-opinjoni ta' dawn qabel ma wiehed jippubblika stejjer mimlija tamiet fiergha li ma jaghmlu xejn hlief izidu l-mizerja u t-tbatija ta' min ikun digà milqut mill-mard.

Ta' min jassigura lill-pubbliku li l-Awtoritajiet tas-Sahha f'Malta jafu x'inhuma jaghmlu u dawn qed juzaw il-kuri kollha rakkomandati minn esperti kredibbli b'gharfien mondjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow