Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Alfred Portelli jhabbar aktar titjib fix-xiri ta' postijiet tal-gvern

pr2276
Date Icon 27/11/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dal-ghodu zar il-progett ta' djar li jinsab fl-inhawi tal-Fuklar, f'H'Attard, fejn qeghdin jinbnew 28 maisonette u l-garaxxijiet taghhom. Dawn huma parti mill-123 post li l-Awtorita' tad-Djar se tohrog ghall-bejgh fuq il-pjanta, minn nhar it-Tnejn li gejjin. F'kumment lill-istampa, il-Ministru qal li dawn il-postijiet hargu fl-istess zmien li l-Bank Lohombus, flimkien ma' l-Awtorita' tad-Djar, ghadhom kif hargu pakkett finanzjarju vantagguz precizament ghall-beneficjarji ta' dawn il-postijiet.

Huwa qal li dan il-Bank, holoq dak li qieghed jissejjah il-"Home Savings Account" li joffri interess ta' 4.5 fil-mija, minflok it-3 fil-mija, li kien joffri qabel. Il-beneficjarji se jkunu jistghu jiddepositaw somma f'daqqa jew inkella depositi fix-xahar fuq zmien miftiehem mal-Awtorita' tad-Djar u l-Bank Lohombus. Dan se jkun mezz utli hafna biex il-beneficjarji ta' dawn il-postijiet ikunu jistghu igemmghu biex ikollhom flus ghas-somma li jkunu jirdu jhallsu bhala "front finance".

Il-Ministru qal li dawn il-beneficcji ghandhom iservu biex fost iz-zghazagh tinholoq il-kultura tat-tfaddil minn kmieni ghall-post futur taghhom. Huwa appella liz-zghazagh biex f'dak li jaghmlu, jaghtu prijorita' l-akkomodazzjoni futura taghhom.

Huwa qal li l-Awtorita' qeghda toffri sussidju kemm fuq il-prezz tal-post u anke fuq l-interessi fuq is-self li, kontra kif kien isir qabel, issa jista' jithallas lura fi zmien 30 sena. Ghal dawk li jhallsu f'daqqa l-Awtorita' qeghda taghti rohs ta' 10 fil-mija fuq il-prezz sussidjat tal-post. Il-beneficjarji se jkunu jistghu jisselfu sa 90 fil-mija tal-prezz tal-post. Huwa fisser li biex il-klijenti ta' l-Awtorita' jigu agevolati, ghal dawk li huma fees legali u procedurali se jhallsu biss Lm25 minflok Lm92.

Waqt iz-zjara, il-Ministru kien akkumpanjat mis-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permenanti, is-Sur Victor Galea, Chairman tal-Awtorita' tad-Djar, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent, il-Perit Anton Camilleri, Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager tal-Awtorita' tad-Djar u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow