Studji xjentifici biex tkun analizzata il-Pjanta Karella
Ilum saret il-prezentazzjoni tal-pjanta medicinali maghrufa bhala l-Karella lill-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita.
Dan bil-ghan li ssir ir-ricerka mehtiega sabiex ikun analizzat u stabbilit xjentifikament it-tip ta' din il-varjeta' ta' pjanta li qed titkabbar mill-bdiewa Maltin.
Il-prezentazzjoni ta' din il-varjeta ta' pjanta (Karella), li hija maghrufa internazzjonalment bhala pjanta medicinali u kkunsmata minn min ibati bil-marda tad-dijabete, tal-kancer tal-prostata u ta' l-H.I.V., saret mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, lill-Kap ta' l-Istitut ta' l-Agrikoltura, il-Professur Anthony Scicluna-Spiteri.
Fid-diskors li ghamel, il-Ministru qal li matul din is-sena 'l fuq minn 40 bidwi gew meghjuna mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex ikabbru din il-varjeta' gdida tal-Karella.
Dawn il-bdiewa, kompla jghid il-Ministru, gew moghtija zriegh b'xejn, saritilhom analizi xjentifika ta' l-ilma u l-hamrija kif ukoll instabilhom suq ghall-esportazzjoni bi prezz garantit ghal dan il-prodott.
Huwa zied jghid li b'rizultat ta' dawn il-kundizzjonijiet il-bdiewa llum qed ikabbru b'success din it-tip ta' pjanta medicinali ghas-suq ta' l-esportazzjoni.
Il-Ministru tenna jghid li dan hu rizultat ta' l-impenn kontinwu tal-Gvern, cioe' li jsahhah il-kordinazzjoni bejn il-bdiewa, l-ekologisti u l-konsumaturi.
Il-Ministru Noel Farrugia rringrazzja lill-Ghaqda Bdiewa Progressivi li flimkien mieghu hadmu sabiex introducew f'pajjizna din il-varjeta' u temm jghid li kemm-il darba tkun rakkomandata mill-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' Malta m'hemm xejn x'izomm biex il-Karella tigi ntrodotta fis-suq lokali bhala varjeta' gdida u ta' ghajnuna ghall-konsumaturi partikolarment dawk li jbatu bil-marda tad-dijabete, il-kancer tal-prostata u l-marda ta' l-H.I.V.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911