Stqarrija mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd
"Jekk l-Onor. Censu Galea ma jridx ixekkel il-verita' ghandu jaghti spjegazzjoni ghaliex fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996 nefaq Lm150,000 fuq konkos fi trejqiet fir-raba', meta l-vot kien biss ta' Lm8800, u kif nefaq Lm170,000 f'sussidji u ghotjiet meta l-vot ghal dan il-ghan kien ta' Lm120,000 biss.
Fl-istess waqt li kien qieghed jeccedi dawn il-voti, l-Onor Censu Galea kien infurmat mill-ex Ministru tal-Finanzi John Dalli, li l-vot tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd kien qieghed jigi mnaqqas b'Lm200,000."
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia b'riferenza ghall-kritika u l-allegazzjonijiet li ghamel l-ex Ministru fid-diskors tieghu tal-Budget.
Huwa kompla jghid li b'rizultat ta' dan il-Ministeru tal-Biedja u Sajd taht Gvern gdid safa ingustament debitur tal-politika partigjana ta' kampanja elettorali mill-Amministrazzjoni ta' qabel.
Huwa temm jghid li, ghaldaqstant, il-pjani prezenti ta' utilita' kbira ghall-komunita' tal-biedja kellhom jaqghu lura ghall-konvenjenza partigjana b'detriment ghall-bzonnijiet tal-bdiewa llum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911