Il-Ministru Dr. George Vella jiltaqa' mal-Kummissarju Van Den Broek
Illum, fi Brussels, il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent it-Tabib George Vella, kellu laqgha mal-Kummissarju van den Broek.
Ghal-laqgha attendew ukoll is-Sur van den Linden, Head of Unit ghal Malta, Cipru u t-Turkija; is-Sur Combescot, id-Deputy Head of Unit; u is-Sur Berghardt, Direttur Generali DG1A.
It-Tabib Vella spjega lis-Sur van den Broek is-sitwazzjoni finanzjarja u politika ta' Malta, u ddiskuta mieghu l-izviluppi bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja wara l-laqgha bejn ufficjali gholja li kienet sehhet fi Brussels fit-30 ta' Ottubru ta' din is-sena.
Is-Sur van den Broek assigura lill-Ministru Vella li, s'issa, jidher li kollox miexi kif ippjanat. Kien qieghed jistenna li, wara li jigi pprezentat ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill qabel l-ahhar ta' din is-sena, immorru ghall-Kunsill ta' Assocjazzjoni taht il-Presidenza Ngliza fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-diehla.
Is-Sur van den Broek wera ottimizmu u awgura li l-objettivi politici tal-politika gdida tal-Gvern Laburista rigward l-Ewropa jintlahqu fi zmien iqsar minn dak prospettat.
Huwa esprima wkoll ix-xewqa li fondi mir-raba' protokoll finanzjarju mhux uzati sa issa jigu diretti ghar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija Maltija.
Ikkonferma wkoll li, fl-ewwel gimghat tas-sena d-diehla, delegazzjoni mill-Kummissjoni tigi Malta biex jigu diskussi aktar fil-fond il-policies ta' koperazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja.
Aktar tard il-Ministru Vella ndirizza l-laqgha tal-ftuh tad-9 Kumitat Kongunt bejn il-Parlament Malti u dak Ewropew.
Fid-diskors tieghu il-Vici Prim Ministru ta rapport iddettaljat dwar kif sehhu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja fl-ahhar xhur, u nforma l-laqgha dwar x'inhuma l-objettivi ahharija ta' din ir-relazzjoni gdida.
Il-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu mistennija jirritornaw Malta ghada.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911