Proposta biex tigi ffurmata kumpanija ghat-tmexxija tas-servizzi postali
Wasal iz-zmien li n-negozjati bejn il-Gvern, il-Mid-Med Bank u l-unions dwar il-futur tas-Servizzi Postali Governattivi jersqu lejn it-tmiem taghhom. Dawn in-negozjati qeghdin isiru fuq il-bazi li l-Gvern ikollu 40% ta' l-ishma tal-kumpanija u l-Mid-Med Bank ikollu 60% ta' l-ishma. Iz-zewg jew tliet punti li ghadhom pendenti jistghu facilment jigu mahlula b'aktar diskussjonijiet u l-bazi ta' ftehim tinsab qrib. Dan qalu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta dalghodu zar l-Ufficcju Centrali l-gdid tal-Posta, f'Qormi Road, il-Marsa. Il-Prim Ministru semma li punt li ghadu pendenti jirrigwarda l-haddiema tal-posta li huma mal-Gvern. Irid jigi determinat kif dawn il-haddiema se jkunu jistghu jezercitaw il-possibilta' li jmorru lura mal-Gvern.
Il-Prim Ministru qal li mhijiex xierqa li dawn il-haddiema jibqghu ghal dejjem fis-servizz postali bil-fakulta' li meta jridu, jmorru lura mal-Gvern. Il-Gvern ghandu quddiemu sfidi finanzjarji qawwija u jehtieg li jkollu car x'jistghu jkunu l-impenji li jrid jibqa' jgorr fis-snin li gejjin. Dr. Sant semma li ghandu jkun hemm xi tul ta' zmien bhal sitt xhur li matulu dan ikun jista' jsir. Haga bhal din tista' tintrabat mal-possibilta' li parti mill-ishma tal-Gvern jghaddu lill-istess haddiema. Il-Prim Ministru fahhar il-kontribut li taw matul is-snin dawn il-haddiema u assigurahom li l-Gvern jibqa' impenjat li jsostni l-organizzazzjoni tal-posta.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-bzonn li b'anqas flus isir aktar u ahjar u semma' bhala ezempju l-bini l-gdid ta' l-Ufficcju Centrali tal-Posta. Il-Gvern precedenti kien se jonfoq Lm3,000,000 biex jaghmel ufficini godda ghall-Posta Ltd f'Hal Qormi. Il-Gvern il-gdid xorta immodernizza l-ufficini l-godda tal-posta bi spiza anqas ta' Lm300,000 u x-xoghlijiet biex gie rinnovat il-bini l-gdid sar fi zmien rekord ta' tliet xhur. L-ufficini l-godda ghandhom aktar spazju u jinsabu f'lokalita' centrali u se tkun soluzzjoni permanenti ghall-amministrazzjoni centrali tal-posta.
Il-Prim Ministru awgura li r-reputazzjoni tajba li ghandha l-posta f'Malta tkompli tissahhah bl-ufficini l-godda. Dr. Sant irrefera ghall-fatt li l-Gvern il-gdid kellu jiddikjara bhala falluta lil Posta Ltdminhabba d-decizjonijiet hziena li hadet l-amministrazzjoni precedenti. Minkejja dan, enfasizza l-Prim Ministru, il-kundizzjonijiet ta' l-impjegati tal-posta ma gewx mittiefsa, u lanqas se jkunu.
Il-Prim Ministru qal li minhabba l-kundizzjonijiet prevalenti huwa kien esprima l-opinjoni li l-posta setghet issir ghal darba ohra Dipartiment tal-Gvern. Imbaghad, qal il-Prim Ministru, il-Mid Med Bankwera l-intenzjoni li jidhol partecipi fit-tmexxija tas-servizzi postali f'Malta. Il-Gvern beda jiddiskuti din il-proposta fi spirtu ta' konsultazzjoni mal-unions biex malajr kemm jista' jkun tinstab soluzzjoni permanenti ghat-tmexxija tas-servizzi postali.
Il-Prim Ministru fahhar l-ambjent il-gdid li qeghdin jahdmu fih l-impjegati ta' l-Ufficcju Centrali tal-Posta u enfasizza li l-aqwa ambjent huma l-haddiema infushom li ghandhom jibqghu jaghtu sehemhom fis-success tal-posta li ghandha futur sabih quddiemha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911