Tintemm il-Kampanja "Clean Up The World"
Il-gimgha li ghaddiet giet fi tmiemha l-Kampanja "Clean Up the World" li kienet organizzata mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr. George W. Vella.
Il-Ministeru huwa sodisfatt kemm mil-lat tal-partecipanti li hadu sehem fil-kampanja - madwar 80 organizzazzjoni - kif ukoll mir-rizultat pozittiv taghha. L-enfasi kienet l-aktar fuq l-edukazzjoni fost it-tfal u z-zghazagh dwar l-importanza ta' l-indafa f'pajjizna. Din hija turija tas-serjeta` li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent qieghed jaghti lill-Ambjent f'pajjizna u l-fiducja ta' l-organizzazzjonijiet fl-istess Ministeru.
Il-Kampanja ser taghlaq ufficjalment nhar is-Sibt 8 ta' Novembru 1997 b'attivita` ohra msejjha 'Open Day'. Din hija okkazjoni fejn il-poplu jkollu l-opportunita` li jara l-hidma tad-Dipartiment ta' l-Ambjent u l-progetti li qed isiru u li mistennija jsiru fil-gimghat u x-xhur li gejjin.
Ser tkun ukoll okkazjoni fejn il-Vici Prim Ministru jiltaqa' ma' dawk li hadu sehem, jirringrazzjahom ghall-koperazzjoni taghhom u jqassam premjijiet lil tliet Kunsilli Lokali li "ghamlu l-ahjar sforz fil-lokalita`" taghhom tul il-Kampanja "Clean Up the World".
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911