Il-Ministru ghad-Djar jiltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, illum wara nofsinhar, kellu t-tieni laqgha mal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida fl-ufficcju tieghu fil-Parlament. F'din il-laqgha l-Ministru aggorna lis-Sindku u d-delegazzjoni tieghu dwar l-ahhar zviluppi fit-twettiq tal-progett tal-bini fl-Imsida. Huwa qal li saret revizjoni tal-pjanti tat-tielet fazi tal-progett, li mistennija jigu pprezentati lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sax-xahar id-diehel. Din ir-revizjoni saret fuq talba ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Il-Ministru qal ukoll li l-permessi ghall-bini tat-tieni fazi hargu. Huwa semma wkoll li d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali wettaq studju tal-htigiet tan-nies li se jinghataw akkomodazzjoni alternattiva peress li l-postijiet fejn joqoghdu se jibdew jitwaqqghu. Il-Ministru qal li dan sar ghall-ewwel darba u b'konformita' mal-politika tal-Gvern li jikkonsulta mac-cittadini. B'rizultat ta' dan l-istudju l-Ministeru llum jaf ezatt x'inhuma x-xewqat u l-problemi ta' dawn in-nies.
| Is-Sindku, is-Sur Carmelo Grima, qal li hemm htiega urgenti li l-bini | li ghandu jitwaqqa', jitwaqqa' minnufih ghaliex dan jista' jaghti lok ghall-abbuzi. Huwa apprezza hafna l-konsultazzjoni mill-qrib li dejjem sab mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar tal-Ministeru tad-Djar |
| Prezenti kien hemm il-Perit Anton Camilleri, Direttur tad-Dipartiment | tal-Bini u Tiswija ta' Djar, is-Sur Carmel Esposito, Direttur tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, is-Sur Charles Micallef, Direttur ta' l-Ufficcju Kongunt, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru u Ms Rona Cristiano, mis-Segretarjat. |
| Mas-Sindku kien hemm is-Sur Reuben Sciberras, Vici Sindku, is-Sinjura | Eva Galea, Kunsillier u s-Sur Lino Bartolo, Segretarju. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911