Left arrow Go Back

Il-Ministru ghad-Djar jiltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida

PR2123
Date Icon 31/10/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, illum wara nofsinhar, kellu t-tieni laqgha mal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida fl-ufficcju tieghu fil-Parlament. F'din il-laqgha l-Ministru aggorna lis-Sindku u d-delegazzjoni tieghu dwar l-ahhar zviluppi fit-twettiq tal-progett tal-bini fl-Imsida. Huwa qal li saret revizjoni tal-pjanti tat-tielet fazi tal-progett, li mistennija jigu pprezentati lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sax-xahar id-diehel. Din ir-revizjoni saret fuq talba ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

Il-Ministru qal ukoll li l-permessi ghall-bini tat-tieni fazi hargu. Huwa semma wkoll li d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali wettaq studju tal-htigiet tan-nies li se jinghataw akkomodazzjoni alternattiva peress li l-postijiet fejn joqoghdu se jibdew jitwaqqghu. Il-Ministru qal li dan sar ghall-ewwel darba u b'konformita' mal-politika tal-Gvern li jikkonsulta mac-cittadini. B'rizultat ta' dan l-istudju l-Ministeru llum jaf ezatt x'inhuma x-xewqat u l-problemi ta' dawn in-nies.

Is-Sindku, is-Sur Carmelo Grima, qal li hemm htiega urgenti li l-binili ghandu jitwaqqa', jitwaqqa' minnufih ghaliex dan jista' jaghti lok ghall-abbuzi. Huwa apprezza hafna l-konsultazzjoni mill-qrib li dejjem sab mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar tal-Ministeru tad-Djar
Prezenti kien hemm il-Perit Anton Camilleri, Direttur tad-Dipartimenttal-Bini u Tiswija ta' Djar, is-Sur Carmel Esposito, Direttur tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, is-Sur Charles Micallef, Direttur ta' l-Ufficcju Kongunt, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru u Ms Rona Cristiano, mis-Segretarjat.
Mas-Sindku kien hemm is-Sur Reuben Sciberras, Vici Sindku, is-SinjuraEva Galea, Kunsillier u s-Sur Lino Bartolo, Segretarju.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow