Left arrow Mur Lura

L-Iskemi kollha ta' ghajnuna fuq id-Djar jghaddu f'idejn l-Awtorita' tad-Djar

PR2115
Date Icon 30/10/1997
Skemi ta' ghajnuna li qabel kienu jaqghu taht ir-responsabbiltàtad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali minn nhar it-Tnejn, 3 ta' Novembru se jaqghu taht ir-responsabbiltà ta' l-Awtorità tad-Djar. Dan qieghed isir bil-ghan ewlieni li c-cittadin jinqeda ahjar. Biex dan seta' jsir twettaq hafna xoghol ta' thejjija organizzattiva.
L-iskemi li issa gew trasferiti ghand l-Awtorità tad-Djar huma l-SHD11, li titratta dwar sussidju fuq il-kera, SHD 12 dwar sussidju fuq l-imghax dwar xiri ta' djar, SHD13 dwar ghajnuna biex isiru alterazzjonijiet fi djar ta' persuni b'dizabilita', SHD 14 u 16 dwar sussidju fuq l-imghax dwar xiri ta' djar, SHD 17 dwar sussidju fuq il-VAT u SHD 18 dwar sussidju fuq it-taxxa tas-sisa. Dawn l-iskemi issa inghaqdu ma' l-iskemi ta' ghajnuna li kienet u ghadha toffri l-Awtorità tad-Djar.
Stqarrija ghall-istampa mill-Awtorità tghid li kull min wara nharit-Tnejn, 3 ta' Novembru 1997, ikun jixtieq japplika ghal sussidju taht xi wahda minn dawn l-iskemi jew ikun jixtieq aktar taghrif, ghandu jmur jew icempel l-Ufficcju tal-CustomerCare ta' l-Awtorità li jinsab fi Triq Pietro Floriani, il-Floriana jew fil-fergha t'Ghawdex, 25 Triq Enriku Mizzi, ir-Rabat.
Il-granet meta l-impjegati ta' l-Awtorità jaraw il-pubbliku fl-Awtoritàtad-Djar huma: bejn l-1 ta' Ottubru u l-15 ta' Gunju, it-Tnejn u l-Erbgha, mit-8.00 a.m. sa nofs inhar u nhar ta' Gimgha, mit-8.00 a.m. sa nofs inhar u mis-2.00 p.m. sa l-4.00 p.m. Il-granet meta l-pubbliku jkun jista' jcempel huma: it-Tlieta u l-Hamis bejn is-2.00 p.m. u l-4.00 p.m. In-numri tat-telefon f'Malta huma: 247851 u 248260/4. F'Ghawdex in-numri tat-telefon huma: 558499 u 563044.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow