Il-Vici Prim Ministru Dr. George W. Vella lura Malta minn zjara fl-Isvezja
PR2110
29/10/1997
| Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, | it-Tabib Goerge W. Vella, il-bierah kellu tahdidiet ma' Ministri tal-Gvern Svediz fi Stokkolma fejn iddiskuta r-relazzjonijiet kemm bilaterali, kif ukoll multilaterali bejn iz-zewg pajjizi. |
| Wara nofsinhar, il-Vici Prim Ministru ltaqa' mal-Ministru ta' l-Affarijiet | Barranin Svediza, l-E.T. is-Sinjura Lena Hjelm-Wallen, fejn gew diskussi r-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, il-qaghda fil-Mediterran fil-kuntest tal-process Euro-Mediterranju, is-sehem taz-zewg pajjizi f'diversi organizzazzjonijiet internazzjonali - fosthom il-Gnus Maghquda u l-OSCE. Dawn id-diskussjonijiet komplew filghaxija waqt pranzu ufficjali moghti mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Svediza, li ghalih kienu mistiedna diversi personalitajiet mill-oqsma politici, ta' l-industrija u tal-media. |
| Aktar kmieni, il-Ministru Vella ltaqa' mas-Segretarju ta' l-Istat | fil-Ministeru ta' l-Ambjent, Mans Lonnroth, fejn iddiskutew problemi konnessi ma' l-ambjent u dwar l-esperjenza Svediza fil-qasam ta' l-immaniggar ta' l-iskart. |
| Il-Vici Prim Ministru kellu tahdidiet ohra mal-Ministru tas-Sigurta' | Socjali fil-Ministeru tas-Sahha u Affarijiet Socjali, l-E.T. is-Sinjura Maj-Inger Klingvall, dwar possibilitajiet ta' kooperazzjoni f'dawn l-oqsma bejn iz-zewg pajjizi. |
| Il-Ministru Vella zar ukoll l-Istitut ghad-Demokrazija u Ghajnuna | Elettorali (IDEA) u ltaqa' mad-Direttur tal-Koordinazzjoni u Ippjanar, Dr. Kennedy Graham, li spjegalu x-xoghol li dan l-Istitut jaghmel biex tinholoq stabbilta' demokratika. L-ufficjali ta' l-Istitut urew interess li jizviluppaw relazzjonijiet ma' l-istituti Maltin. |
| Il-Vici Prim Ministru u d-delegazzjoni tieghu rritornaw Malta llum | wara nofsinhar. |
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911