Stqarrija mill-Ombudsman ta' l-Universita'
PR2081
27/10/1997
Din li ssegwi hija stqarrija mill-Ombudsman ta' l-Universita` Dr. Joseph Brincat.
UNIVERSITY OMBUDSMAN
Old University Building
St Paul's Street
Valletta
5 ta' Ottubru, 1997
| L-Ombudsman tal-Universita` kellu quddiemu problema li tirrigwarda | kazijiet ta' min ikun tilef l-ezamijiet minhabba mard. |
| Huwa maghruf li f'Universitajiet barranin serji, meta student ma | jmurx ghall-ezami minhabba mard, jitqies li kienet ix-xorti hazina tieghu u jigi registrat bhala assenti. Kien hawn min f'Malta gralu dan fil-kazijiet ta' ezamijiet tal-"O" u l-"A" Levels mal-Boards barranin. |
L-Universita` ta' Malta ghandha sistema ta' zewg sessjonijiet. Jista' jqum dubbju jekk fuq gustifikazzjoni ta' certifikat mediku, dawn il-possibilitajiet jizdiedu.
| Ghalkemm, minhabba ragunijiet partikolari ghall-kaz li kellu | quddiemu, l-Ombudsman tal-Universita` kien ta' l-opinjoni li jkun hemm sessjoni specjali, dan bl-ebda mod mhu se jservi ta' precedent. |
| Huwa ghalhekk li minn issa kmieni meta ghadhom 'il boghod l-ezamijiet, | u ghalhekk kulhadd huwa mgharraf, sistema fejn konvenjentament student fuq certifikat ma jmurx ghall-ezami ma tkunx tintitolah ghal trattament specjali. Certament ma jistax ikun hemm tkaxkir ta' ezamijiet minn sena akkademika ghall-ohra. |
| Il-possibilita` tal-abbuz u l-kaz genwin hafna drabi jkunu qrib | xulxin. L-Universita` qed tigi mhegga biex kmieni kemm jista' jkun taghmel maghrufa l-interpretazzjoni tar-regoli taghha halli hadd ma jista' jilmenta, jew jghid li saret xi haga kontra tieghu jew biex tiffavorixxi lil xi hadd. |
Dr. J. Brincat
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911