Registrazzjoni ta' uzu u taghmir ta' thaffir ta' l-ilma ta' taht l-art
PR2077
27/10/1997
| Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma qed tkompli tintensifika | l-azzjoni tal-hrug ta' avvizi legali sabiex ir-rizorsi ta' l-ilma ta' taht l-art jigu mharsa. Avviz Legali nhareg il-Gimgha, 24 t'Ottubru 1997, biex jirregola l-uzu ta' taghmir ta' thaffir ghall-ilma ta' taht l-art. |
| Ghaldaqstant kull min juza jew ser jibda juza taghmir ghat-thaffir | ta' spieri jew rigs sabiex jithaffru toqob ta' diametru ta' aktar minn mitt millimetru u ta' fond ta' aktar minn hmistax-il metru irid jirregistra l-uzu ta' dan it-taghmir. Dan it-taghmir jinkludi wkoll vetturi jew impjanti industrijali konnessi ma' thaffir ta' toroq biex jittella' l-ilma ta' taht l-art. |
| Kull min ghandu jew juza dan it-tip ta' taghmir ghandu zmien | sal-Hamis, 13 ta' Novembru 1997, biex jinforma lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma bl-ezistenza ta' dawn ir-riggijiet anke jekk huma registrati mal-pulizija. |
| Jekk rig jigi registrat minn aktar minn persuna wahda ghandu | jithallas dritt wiehed biss. It-tariffa tar-registrazzjoni hija ta' Lm30. |
| Min jonqos li jirregistra dan l-apparat ikun suggett ghal multa ta' | bejn Lm4000 u Lm8000 skond ir-regolamenti ta' l-1997 dwar ir-registrazzjoni ta' Taghmir ghat-Thaffir Ta' Spieri bis-sahha ta' l-Att ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma (Att Nru. XXIII ta' l-1991). |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911