Left arrow Mur Lura

Imhabbra l-ewwel sitt lokalitajiet fejn ser jinbnew iktar sulari fuq il-blokki

PR2033
Date Icon 22/10/1997
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli habbar li diga'intalbu l-permessi fuq l-ewwel 146 appartament li se jinbnew fuq blokki ezistenti ta' appartamenti tal-Gvern. Huwa qal li dawn l-appartamenti se jinbnew f'sitt lokalitajiet f'Malta li huma Hal Ghaxaq, H'Attard, Marsa, il-Gudja, ir-Rabat u Ta' Xbiex. Huwa kompla jghid li fost il-beneficjarji ta' dan il-progett modern se jkunu l-anzjani li mhux se jkollhom ghalfejn jiccaqalqu minn posthom ghaliex f'dawn il-blokki se jigu nstallati l-lifts.
Il-Ministru qal dan f'laqgha li kellu ma' delegazzjoni mill-GhaqdaVeterani Laburisti fl-ufficcju tieghu fil-Parlament. Huwa kompla jghid li huwa ppjanat li fuq blokk ta' tliet sulari jitilghu zewg sulari ohra addizzjonali u fejn hemm erba' sulari ezistenti jitla' sular iehor. B'kollox fuq dawn il-blokki mistennija jinbnew madwar 500 appartament gdid, li se jiffrankaw l-uzu ta' hafna art prezzjuza.
Il-President ta' l-Ghaqda Veterani Laburisti, s-Sur Dennis Cauchi,meta tkellem dwar il-problemi ta' l-anzjani u l-housing issuggerixxa li f'kazi fejn anzjani jkollhom appartament kbir bit-tarag, fejn ma jistax isir lift, dawn ghandhom jinghataw appartamenti izghar fil-pjan terran biex il-post taghhom jintuza minn koppji zghar.
Il-Ministru tkellem dwar il-problema tal-housing li huddeskriva bhala wahda akuta. Huwa qal li quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali hemm 1,100 li applikaw ghal post alternattiv ghaliex qeghdin jghixu ma' haddiehor. Huwa qal li din il-figura mhix 'il boghod minn dik ta' 1,500 kaz li jissemmew fic-censiment ta' l-1995. Barra dawn, l-istess Dipartiment ghandu 804 applikant iehor li applikaw ghal post alternattiv fuq raguni ta' mard jew dizabilita' u li fosthom hemm nies anzjani.
Il-Ministru qal li hemm 'il fuq minn 5,000 applikant li applikaghal post alternattiv quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali. Meta jigi biex jalloka postijiet id-Dipartiment se jibda jaghti preferenza lill-applikanti li d-dhul totali taghhom ikun ta' anqas minn Lm4,000 fis-sena.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sinjuri, CharlesMahoney, Segretarju, Louis Gauci, Kaxxier u Victor Savona, Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici ta' l-ghaqda. Mal-Ministru kien hemm Dr. Stefan Buontempo, Konsulent u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow