Esportazzjoni ta' haxix lejn is-suq Ingliz
PR2017
20/10/1997
| Se jkun hemm zieda ta' aktar minn 50% fil-prezz garantit | tal-hxejjex li se jigu esportati lejn is-suq Ingliz ghall-perjodu ta' Dicembru 1997 u Marzu 1988. |
| Dan ir-rizultat inkiseb wara diskussjonijiet li saru bejn kumpanija | Ingliza, Exotic Fruit and Vegetables (UK) Limited, l-Ghaqda Bdiewa Progressivi u l-Ministeru tal-Biedja u Sajd. Hu mistenni li jkun ta' incentiv biex numru ta' aktar bdiewa jibdew jipproducu minn dawn il-hxejjex ghall-esportazzjoni. |
| Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd meta kien qed jindirizza | laqgha ghall-bdiewa interessati li jkabbru dawn il-hxejjex ghas-suq Ingliz. |
| Matul il-laqgha l-Ministru habbar li z-zerriegha se tkun | issussidjata b'70% tal-prezz mill-kumpanija Ingliza, u dan sabiex il-bdiewa jinvestu aktar fil-kwalità tat-tkabbir, ta' l-ghazla u l-ippakkjar tal-prodott. |
| Il-Ministru zied jghid li fost il-hxejjex li hemm domanda ghalihom | huma il-kosbor u l-ispinaci u appella lill-bdiewa sabiex ikunu responsabbli fix-xoghol taghhom halli l-pjanijiet tal-Ministeru li sa l-ahhar tas-sena d-diehla, jigu esportati 'il fuq minn 20 tunnellata fil-gimgha jintlahaq ghall-beneficcju tal-bdiewa Maltin u Ghawdxin. |
| Huwa temm jghid lill-bdiewa li b'din l-esportazzjoni qed jinholoq | suq ahjar ghall-bejgh ta' prodotti agrikoli mkabbra lokalment u fl-istess waqt ma jigix affettwat hazin is-suq lokali la minn naha ta' prezz u lanqas minn naha ta' kwantità |
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911