Se jigu ppubblikati regolamenti dwar il-konservazzjoni tal-hitan tas-sejjieh
PR2008
17/10/1997
| Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent dalwaqt se | jippublika regolamenti bil-hsieb li jigu konservati l-hitan tas-sejjieh. Dawn ir-regolamenti se jirregolaw ukoll il-manutenzjoni ta' dawn il-hitan. Il-hajt tas-sejjieh, minbarra li huwa parti integrali mill-pajsagg Malti, joffri kenn ghall-flora u l-fawna, u ghandu mportanza fil-konservazzjoni tal-hamrija u ta' l-ilma. |
| Sadanittant, bil-ghan li tkompli titqajjem kuxjenza favur l-ambjent, | il-Ministeru ghaddej bil-kampanja Clean Up the World. Il-kampanja bdiet nhar l-Erbgha. Sal-lum numru inkoragganti ta' persuni, taht il-kappa ta' diversi organizzazzjonijiet, naddfu ghadd ta' postijiet fil-komunitajiet taghhom. Dawn l-organizzazzjonijiet kienu jinkludu l-Kunsilli Lokali, Fabbriki u Industriji u Ghaqdiet Ambjentali. Dan it-tindif qed isir kollu kemm hu fuq bazi volontarja. Ghalhekk fil-weekend li gej l-attivita' fi hdan din il-kampanja mistennija tilhaq ritmu qawwi hafna. Fil-fatt dak in-nhar xejn anqas minn 30 Ghaqda se jkunu qeghdin iwettqu xoghol ta' tindif fi 32 lokal f'Malta u Ghawdex. |
| Il-Kampanja Clean Up the World se tibqa' sejra sal-25 ta' | Ottubru. 70 organizzazzjoni qeghdin jiehdu sehem. Din il-kampanja taghmel parti mill-programm ambjentali tal-Gnus Maghquda, il-UNEP. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911