Sospizi haddiema mid-Dipartiment ghax-Xoghlijiet Pubblici wara rapport ta' irregolaritajiet fuq il-post tax-xoghol
PR1992
16/10/1997
| Haddiema mid-Dipartiment ghax-Xoghlijiet Pubblici illum gew sospizi | wara rapporti li xi materjal tal-bini li tnehha waqt ix-xoghol ta' rijabilitazzjoni tal-Palazz Vilhena fl-Imdina, u li suppost kellu jinhatt gewwa Sant'Iermu, fil-fatt gie depozitat ghand ditta privata f'Ta' Qali. |
| Dan hareg wara li d-Dipartiment ghax-Xoghlijiet Pubblici li kellu | suspett dwar dan il-garr, peress li l-kbira ta' materjal ma twassalx Sant'Iermu, qabbad lill-pulizija biex tinvestiga. Fil-fatt il-pulizija sabu madwar ghaxar vjaggi ta' materjal gewwa l-bitha ta' din id-ditta privata f'Ta' Qali. Il-pulizija ghada ghaddejja bl-investigazzjonijiet. |
| Sadanittant, id-Dipartiment ghax-Xoghlijiet Pubblici ssospenda lil | min kien responsabbli mill-garr ta' dan il-materjal kif ukoll lil min kien inkarigat minnhom. |
| Din l-azzjoni turi bic-car li l-Gvern se jimxi b'mod gust u | trasparenti fil-hidma tieghu u m'hu ser ihalli l-ebda tip t'irregolaritajiet isiru fid-dipartimenti tieghu. Kull min hu responsabbli ghal xi azzjoni irregolari, ser ikollu jiffaccja l-konsegwenzi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911