Rapport imhejji mid-Diretturi li jirrapprezentaw lill-Gvern f'Fort Ghambray Limited fuq talba tal-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija
PR1925
08/10/1997
| Fir-Rapport tieghu 'L-Ghoti b'Cens tal-Forti Chambray' l-Avukat | Edgar Mizzi kien ta parir lill-Gvern kif gej: |
| "Dwar il-kuntratt partikolari li bih inghata b'cens l-Forti | Chambray u xi art hdejh, ir-rakkomandazzjoni tieghi hi li l-Gvern jistabilixxi x'inhi l-pozizzjoni tieghu sew bhala direttarju ta' l-art kemm bhala azzjonista fil-Fort Chambray Ltd li hi l-emfitewta ta' l-istess art. |
| Normalment il-pozizzjoni tal-Gvern bhala direttarju ghandu jaghtiha | l-Kummissarju ta' l-Artijiet. F'dan il-kaz dan l-ufficcjal ma jidhirx li hu fil-pozizzjoni li jaghmel dan ghaliex m'ghandux l-informazzjoni mehtiega. Dan ma jfissirx li dan l-ufficjal m'ghandux jinteressa ruhu izjed, almenu minn issa 'l quddiem, fid-drittijiet tal-Gvern bhala direttarju u jassigura li l-obbligi li johorgu mil-kuntratt emfitewtiku li hu ffirma jigu esegwiti puntwalment. Izda jfisser li l-pozizzjoni tal-Gvern fl-esekuzzjoni ta' l-obbligi ta' l-emfitewta, tista' tinghata ahjar miz-zewg diretturi li l-Gvern ghandu fuq Fort Chambray Ltd. |
| Ghalhekk nissuggerixxi li dawn iz-zewg diretturi jintalbu jaghmlu | rapport fejn, principalment, jaghtu rendikont ta' dak li sar b'mod partikolari jekk il-kumpanija emfitewta adempietx l-obbligi kollha taghha u fiz-zmien miftiehem. Dan japplika wkoll ghall-obbligi li l-kumpanija ghaddiet liz-zewg kumpaniji ohra fuq imsemmija, jigifieri Forti Resort Hotel Ltd u Forti Development Ltd. Fil-kaz li xi obbligi ma gewx osservati skond il-kuntratt, dawn ghandhom jigu rilevati fir-rapport". |
| Dr John Attard Montalto, Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u | Industrija, bhala l-Ministru responsabbli ghall-Malta Government Investments Ltd, talab liz-zewg diretturi li jirraprezentaw lill-Gvern f'Fort Chambray Ltd, is-Sur Louis E. Galea u s-Sur John Cassar White jaghmlu rapport relattiv. Kif suggerit minn Dr Edgar Mizzi dawn hejjew rapport li qed ikun ippubblikat ma' din l-istqarrija. |
| Id-diretturi Maltin f'Fort Chambray Ltd ser jinsistu li l-obbligi | tal-partijiet kollha involuti f'dan il-progett ikunu esegwiti kif miftiehem fil-kuntratti marbutin ma' dan il-progett. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911