Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru lura Malta

pr1867
Date Icon 30/09/1997

Il-Prim Ministru Alfred Sant jinsab lura Malta wara zjara ufficjali li matulha indirizza l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda, kellu tahditiet bilaterali ma' mexxejja ta' pajjizi Ewropej u tal-Mediterran u ltaqa' mal-kommunitajiet Maltin u Ghawdxin fi New York u f'Toronto.

Fl-ahhar gurnata tieghu f'Toronto il-Prim Ministru iltaqa' mal-Maltese Canadian Professional and Business Association. Matul il-laqgha gew diskussi l-opportunitajiet ghal negozju bejn Malta u l-Kanada.

Il-Prim Ministru zar ukoll il-Hal Mann Tiles Inc kumpanija Maltija/Kanadiza ibbazata f'Toronto. Dr. Sant gie milqugh minn Dr. David Vella, Chairman tal-Kumpanija. Dr. Vella qal li fl-ahhar xhur zdied ferm ix-xoghol tal-kumpanija li timporta x-xoghol taghha minn Hal Mann Ltd ta' Malta, imbaghad tbighu fil-Kanada.

Il-Prim Ministru ghamel zjara ta' kortesija lid-Deputat Speaker ta' l-Assemblea Generali ta' Ontario. Dr. Sant kellu laqgha wkoll ma' William Saunderson, Ministru ghall-Izvilupp, Kummerc u Turizmu fil-provincja ta' Ontario. Fost affarijiet ohra, gew diskussi l-qaghda tar-relazzjonijiet ekonomici bejn Malta u l-Kanada, kif ukoll il-possibiltà ta' partecipazzjoni akbar minn azjendi ta' Ontario fi progetti imnedija f'Malta.

Il-Prim Ministru zar ukoll l-Ufficcju tal-Mid-Med Bank f'Toronto fejn gie milqugh mill-Vici-President tal-Mid-Med Bank u rapprezentant tal-Bank fil-Kanada, s-Sur Adrian Borg Olivier.

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Onor. Carmelo Borg, M.P., minn Dr. Mark Micallef, Kummissarju Gholi Designate ghall-Kanada, mis-Sur Alfred Dalli, Konslu Generali ta' Malta f'Toronto u mis-Sur Joe Borg, Assistent Personali tal-Prim Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow