Left arrow Go Back

Malta International Airshow 1997

pr1783
Date Icon 18/09/1997

L-edizzjoni ta' din is-sena tal-Malta International Airshow, il-óames waóda minn mindu saret l-ewwel darba fl-1993, ser isir bejn is-27 u 28 ta' Settembru 1997. Bóal drabi oóra din is-sena ser ikun hemm elementi íodda u n-numru ta' ajruplani li ser ikun hemm æall-wiri huwa ta' madwar 60.

Din is-sena se jipparteððipaw tmien pajjiúi, li huwa numru rekord ta' parteððipanti minn mindu saret l-ewwel l-airshow. Il-pajjiúi parteðipanti huma l-Germanja, l-Italja, l-Ingilterra, l-Istati Uniti, l-Olanda, il-Kanada u æall-ewwel darba, pajjiz ieóor mill-Mediterran - it-Turkija. Æall-ewwel darba wkoll se tieóu sehem l-Ungerija li se tipprovdi d-display team bl-isem ta' AERO TRIGA.

Bla dubju ta' xejn l-Airshow qed isservi ta' attrazzjoni kbira mhux biss æall-Maltin iúda wkoll æat-turisti li f'dan il-perjodu jkunu f'pajjiúna. Infatti l-Kumitat Organizzativ jikkalkula li kwaúi terú tal-persuni li jzuru l-mitjar huma turisti. Il-Malta International Airshow qeæda kull ma tmur tikber fil-popolarita' taæha kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutna. Fil-fatt din is-sena se jkun hawn gurnalisti mill-Isvizzera, l-Italja, l-Polonja, l-Olanda u l-Ingilterra li kollha se jiktbu diversi artikli kif ukoll jippubblikaw ritratti f'diversi rivisti.

Fuq parir tal-Kumitat Organizzativ, li huwa meæjun fil-preparamenti minn nies esperti li joffru æajnuna u parir æall dak li æandhu x'jaqsam ma' sigurta, il-wirja ta' l-ajru minn AERO TRIGA li se jsir fit-28 ta' Settembru, bi prova gurnata qabel fis-27 ta' Settembru 1997, ser tería isir fuq il-baóar fl-inóawi ta' Æar-id-Dud quddiem il-Fortizza, tas-Sliema. Il-wirja statika ta' 'l fuq minn 60 ajruplan ser issir bóas-soltu gewwa l-mitjar.

Tul ix-xhur kollha ta' tóejjija, il-Ministeru æat-Trasport u Portijiet offra kull æajnuna lill-Kumitat Organizzattiv, li fuqu hemm rapprezentant mill-Ministeru, kif wkoll rapprezentat tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ðivili, tal-Forzi Armati u l-Malta Aviation Society, li taæmel ix-xoæol kollu fuq baúi voluntarja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow