Bdil ta' mains ta' l-ilma f'Hal Qormi
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma minn nhar it-Tnejn, 11 ta' Awissu ser tibda twettaq progett ta' bdil ta' mejnijiet f'diversi toroq f'Hal Qormi. Dan il-programm ta' xoghlijiet jikkonsisti fi bdil ta' madwar 2 kilometri ta' mejnijiet u l-bdil tas-servizzi ta' l-ilma tad-djar f'pajpijiet tal-plastik (polyethylene).
It-toroq fejn ser isiru x-xoghlijiet huma Triq il-Fontanier, Triq Psaila, Triq il-Gnien, Vjal De La Cruz, Triq il-Kbira, Triq l-Isqof Scicluna, Triq l-Ghaqda, Triq Mifsud Ellul, New Street fi Triq il-Kbira, Triq San Pietru u Triq San Pawl.
Il-konsumaturi f'dawn it-toroq iridu jiehdu hsieb li jistallaw l-earth electrode u fejn mehtieg earth leakage circuit breaker qabel jinbidel is-servizz ta' l-ilma mill-mejn tat-triq sal-meter ta' l-ilma fir-residenzi. Ghal dan il-progett il-Korporazzjoni qed toffri s-servizz ta' kuntrattur ta' l-elettriku li huwa kwalifikat bil-licenzja. Barra minn hekk ir-residenti f'dawn it-toroq jistghu jinqdew b'kuntrattur bil-licenzja ta' l-ghazla taghhom. L-istallazzjoni tas-sistema ta' l-elettriku trid issir skond l-ahhar regolamenti tal-Korporazzjoni Enemalta u bi spejjez tal-konsumatur.
L-earth ta' l-istallazzjoni ta' l-elettriku fir-residenzi ma jridx ikun aktar mqabbad mal-pajp ta' l-ilma. Il-Korporazzjoni Enemalta waqfet li tippermetti dan mill-1993 ghall-istallazzjonijiet godda. Ir-raguni hi li l-pajpijiet ta' l-ilma m'ghadhomx meqjusa accettabbli biex jipprovdu earth ghal-istallazzjoni ta' l-elettriku skond l-ahhar regolamenti.
Qabel beda jitwettaq il-progett il-Korporazzjoni kienet sejhet laqgha mall-Kunsill Lokali ta' Hal Qormi biex tipprezenta dan il-progett, l-aspetti ta' l-earth electrode u konsiderazzjonijiet ohra biex jitnaqqas l-inkonvenjent.Il-Korporazzjoni ser tqassam fuljett b'informazzjoni f'kull redisenza fejn ser isiru x-xoghlijiet. Ir-residenti jistghu jcemplu kuljum mit-8.00 a.m. sa l-4.30 p.m. inkluzi s-Sibtijiet, Hdud u festi pubblici lis-Sezzjoni Customer Care fuq il-Freephone 157, f'kaz ta' assistenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911