Left arrow Mur Lura

'Aktar minn 1000 importatur u agenti irahhsu l-prodotti importati' - Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant

PR1525
Date Icon 07/08/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal illum li madwar 1,000 importatur u agenti ta' prodotti li ghandhom il-Levy informaw lid-Dipartiment tal-Kummerc li kienu rahhsu mijiet kbar ta' prodotti importati f'pajjizna skond is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. Il-Prim Ministru kien qed jitkellem fl-okkazzjoni tal-immodernizzar tax-showrooms ta' Bathroom Designs Ltd u qal li fl-ahhar granet dawn l-operaturi wrew li jirrispettaw ir-regoli tas-suq hieles u gust meta irrakkomandaw il-prezzijiet tal-prodotti u servizzi li jbighu skond is-Sistema gdida ta' Tassazzjoni. B'hekk mhux biss zguraw stabbilita' fil-prezzijiet ta' prodotti u servizzi izda anke rahhsu firxa wiesgha ta' prodotti li jimportaw minn barra u ta' prodotti li jigu manifatturati f'pajjizna.

Fost dawn il-prodotti hemm varjeta' kbira ta' hwejjeg, ta' ditti differenti ta' ghamara ta' barra, qomos u hwejjeg ghat-tfal u l-kbar, uniformijiet ta' l-iskejjel, zraben, prodotti tal-karta, prodotti agrikoli fost lista twila ta' prodotti li jigu ikkonsmati kuljum.

Il-Prim Ministru qal li l-istabbilita' fil-prezzijiet twassal biex jizdied il-kummerc u l-kummercjanti jkollhom profitti xierqa. Dr. Sant qal li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jinkoraggixxi l-partecipazzjoni tas-settur privat fit-tmexxija ta' l-ekonomija ta' pajjizna u li jkompli jinkoraggixxi lis-settur privat biex jiehu l-inizjattiva biex ikabbar il-kummerc tieghu. Meta xi kultant jista' jidher li l-kummerc jista' jiehu xi daqqa l' isfel, qal il-Prim Ministru, ikun hemm bzonn ta' rankatura gdida biex il-kummerc jibqa' jigi generat. Il-Gvern se jibqa' impenjat li jkabbar u jsostni is-settur privat ghax tabilhaqq jemmen li s-settur privat huwa u ghandu jkun il-mutur ta' l-ekonomija taghna.

Il-Prim Ministru ferah lill-kumpanija Bathroom Designs Ltd ghall-inizjattiva li hadu biex ikomplu jimmodernizzaw l-facilitajiet tan-negozju taghhom u biex izommu lilhom infushom aggornati ma' l-ahhar zviluppi fil-qasam tan-negozju taghhom.

'Id-dinja moderna li qeghdin nghixu fiha titlob li nzommu ruhna aggornati - u l-kumpanija taghkom kien propju dan li ghamlet fi zmien relattivament qasir hafna biex illum intom u l-klijenti taghkom tistghu tgawdu mid-dehra gdida li tajtu lill-istabbiliment taghkom', qal il-Prim Ministru.

Dr. Sant zied jghid li s-socjeta' Maltija tapprezza n-negozji li matul is-snin komplew jizviluppaw kif ukoll ikabbru l-kuntatti taghhom ma' produtturi barranin. 'L-isforzi li ghamlet il-familja Camilleri biex illum jistghu jmexxu l-intrapriza taghhom minn dan l-ispazju kbir u modern juri kemm in-negozjant Malti huwa ghaqli u kemm jaf ihaddem ir-rizorsi li jkollu ghad-disposizzjoni tieghu. L-ezempju tal-familja Camilleri juri kif in-negozjant Malti huwa konxju mill-htiega li jkompli jtejjeb is-servizzi li joffri biex jimmodernizza u jissodisfa l-livell ta' ghajxien li jixraqlu l-poplu taghna', qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru qal li daqskemm huwa importanti li nimmodernizzaw il-facilitajiet kummercjali taghna, daqstant huwa mportanti li l-prodotti li jaslu ghand il-konsumatur ikunu bi prezzijiet kompetittivi u gusti biex aktar nies jithajru jixtru l-prodotti li jkunu qed jigu offruti. Dr. Sant qal li l-Gvern huwa kommess li jsahhah fejn mehtieg, u johloq fejn hemm bzonn, il-kundizzjonijiet necessarji biex l-izvilupp socjali u ekonomiku jkun sostnut u gust.

Il-Prim Ministru ferah lin-negozji li joperaw fil-pajjiz, kemm dawk li jahdmu ghas-suq lokali, kemm dawk l-importaturi u agenti li jimportaw il-prodotti taghhom ghall-konsum lokali li fil-parti l-kbira taghhom, jemmnu f'kompetizzjoni hielsa u gusta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow