Stqarrija mid-Dipartiment tat-Taxxa, tad-Dwana u tas-Sisa
B'referenza ghall-Press Release li l-GRTU baghtet lill-Media dwar id-denunzja tat-taxxa li rcevew operaturi tan-negozju, id-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa jgharraf li:
Dawk l-operaturi tan-negozju li l-perjodu tat-taxxa taghhom jaghlaq fil-31 ta' Lulju 1997 ircevew ghall-darba biss zewg denunzji: wahda tal-VAT li tkopri l-perjodu ta' taxxa mill-1 ta' Mejju 1997 sat-30 ta' Gunju 1997 (xahrejn); u ohra tas-CET li tkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju 1997 sal-31 ta' Lulju 1997 (xahar). Dan huwa applikabbli ghal dawk l-operaturi li normalment jibaghtu d-denunzja taghhom kull tlett xhur.
Fil-kaz ta' dawk l-operaturi li jibaghtu d-denunzja taghhom kull tnax-il xahar, id-denunzja tal-VAT tkopri mill-1 ta' Awissu 1996 sat-30 ta' Gunju 1997 (hdax il-xahar), filwaqt li tas-CET tkopri mill-1 ta' Lulju 1997 sal-31 ta' Lulju 1997 (xahar).
Dan l-ezercizzju hu mehtieg li jsir peress li s-sistema tal-VAT ghalqet fit-30 ta' Gunju 1997 biex flokha dahlet is-sistema tas-CET. B'dan l-arrangament, il-perjodi tat-taxxa li diga' kienu jezistu taht is-sistema tal-VAT inzammu kemm jista' jkun l-istess ghall-beneficcju ta' l-istess operaturi tan-negozju. Iz-zewg denunzji tat-taxxa ghandhom jintbaghtu sal-15 ta' Settembru 1997.
B'dan l-ezercizzju ta' staggering l-operaturi kollha tan-negozju ser ikunu tpoggew fuq bazi ta' perjodu tat-taxxa applikabbli ghalihom skond it-threshold tal-bejgh taghhom u skond l-attivita' ekonomika taghhom. Dan ifisser li dawk l-operaturi li huma obbligati li jhallsu jew jigbru t-taxxa ser ikunu tpoggew fuq bazi ta' tlett xhur, filwaqt li dawk l-operaturi li mhux obbligati li jigbru jew jhallsu t-taxxa ser ikunu tpoggew fuq bazi ta' sena.
Hu ttamat li dan l-ezercizzju jkun lest fl-ewwel xhur li tkun ilha li ddahlet is-sistema l-gdida.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911