Left arrow Mur Lura

Diskussa koordinazzjoni ta' servizzi pubblici

PR1520
Date Icon 06/08/1997

Kapijiet ta' ferghat ta' dipartimenti tal-Gvern u korporazzjonijiet parastatali f'Ghawdex iddiskutew mas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo u ma' ufficjali mill-istess Segretarjat, il-htiega ta' koordinazzjoni ahjar fit-twettiq ta' xoghlijiet u ta' iktar efficjenza fl-ghoti ta' servizzi pubblici. Din il-laqgha saret partikolarment fid-dawl taz-zieda qawwija ghal servizzi generali, li jkun hemm f'dan iz-zmien ta' vaganzi, minhabba n-numru kbir ta' Maltin u barranin li jzuru l-gzira.

Il-laqgha kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari, Dr Anton Refalo u mis-Segretarju Permanenti fi hdan is-Segretarjat ghal Ghawdex, is-Sur Frank Psaila. Dr Refalo emfasizza l-htiega li dipartimenti u korporazzjonijiet jikkoordinaw ahjar ix-xoghol ta' bejniethom biex dan isir b'mod ippjanat u jigi evitat xoghol duplikat.

Dr Refalo fisser ukoll l-importanza li jinzamm kuntatt dirett bejn il-ferghat kollha li jipprovdu servizzi, anke wara l-hin normali tax-xoghol u fil-jiem ta' btala bil-ghan li dawn ikunu jistghu jaghtu l-appogg mehtieg lil xulxin. Ghal dan il-ghan ukoll qed jinghata servizz ta' emergenza li huwa ikkordinat mis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex permezz tal-Pulizija. F'dan ir-rigward il-pubbliku huwa avzat li meta jkollu bzonn ta' servizz ta' emergenza wara l-hin tax-xoghol, icempel fuq in-numru 561482 biex jittiehdu l-passi kollha mehtiega.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow