Il-Prim Ministru jzur il-fabbrika ta' Hal Mann
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum zar il-fabbrika ta' Hal Mann f'Hal Lija li tipproduci madum u irham ghall-esportazzjoni u ghas-suq lokali. Din il-fabbrika, li thaddem aktar minn 200 impjegat, fl-ahhar zmien orjentat ruhha lejn l-esportazzjoni. Prezentement, aktar minn 50% tal-produzzjoni qieghda tigi esportata lejn diversi inhawi tad-dinja. L-esportazzjoni ta' Hal Mann hija mmirata l-aktar lejn l-Awstralja, l-Istati Uniti, ic-Cina, il-Gappun, il-Kanada, Singapore, Hong Kong u l-pajjizi ta' l-Ewropa, kemm dawk fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk li mhumiex fl-Unjoni Ewropea, bhan-Norvegja.
Il-Prim Ministru dar id-diversi stadji tal-produzzjoni tal-fabbrika u tkellem mal-haddiema dwar il-fazijiet differenti tal-produzzjoni. Dr. Alfred Sant ferah lill-management ta' Hal Mann ghall-inizjattiva tieghu biex jiddiversifika s-swieq tieghu u b'hekk ma jiddependix biss mis-suq lokali.
Is-Sur Aldo Vella, Managing Director tal-kumpanija, qal li l-kumpanija qieghda tirsisti biex issib aktar swieq barra minn pajjizna biex tkun tista' zzid l-esportazzjoni tal-prodotti taghha. Is-Sur Vella irringrazzja lill-Prim Ministru talli accetta l-istedina ta' Hal Mann biex izur l-impjegati taghha waqt il-produzzjoni.
Il-Prim Ministru wieghed l-appogg tal-Gvern lill-kumpanija biex din tkompli tfittex aktar swieq ghall-prodotti taghha. Hu qal li kien impressjonat kif, fi zmien relattivament qasir, din irnexxielha tiftah swieq godda u 'l boghod ghall-esportazzjoni.
Ghal dawn l-ahhar erbghin sena il-fabbrika Hal Mann kienet immexxija mill-familja Vella ta' l-Imgarr. Prezentement dawn qed ikomplu jimmodernizzaw il-makkinarju taghha biex ikunu jistghu jilqghu ghall-ordnijiet dejjem jizdiedu li qeghdin jidhlulha minn diversi nhawi tad-dinja.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911