Stqarrija mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd
Is-success u trasparenza tal-process ta' l-esportazzjoni tal-patata lejn is-suq Olandiz huwa kkonfermat mill-ammont ta' patata esportata u l-prezz li nghata lill-bdiewa.
Filwaqt li t-tfixkil u n-nuqqas ta' rispett lejn il-bidwi, lejn il-membri tal-Board ta' l-Esportazzjoni u l-importaturi Olandizi tikkonfermah l-istqarrija tax-Shadow Minister tal-Biedja.
Dan intqal mill-Ministru Noel Farrugia b'riferenza ghall-istqarrija mahruga mis-Shadow Minister ta' l-Oppozizzjoni Nazzjonalista.
Il-Ministru kompla jghid li l-bdiewa tmexxew minn imniehirhom meta matul l-1992 inghataw il-prezz ta' Lm6-il qantar ghall-istess ammont ta' esportazzjoni u mhux taht dan il-Ministeru li minkejja li kellu rata tal-kambju li varjat ghal tnaqqis ta' aktar minn Lm100,000, meta pparagunata mar-rata tas-sena l-ohra, xorta ggarantixxa l-prezz minimu garantit ta' Lm11-il qantar.
Il-Ministru zied jghid li l-bdiewa kienu jitmexxew minn imniehirhom u jsir fjask kieku gabu l-istess prezz ghas-Sante, l-Arinda u Liseta, liema varjetajiet ta' patata mhux biss gabu prezz ferm inqas minn dak ta' l-Alpha imma kienu l-mezz li jwaqqghu s-suq taghha.
Il-Ministru Noel Farrugia qal li din id-darba l-prezz gie pprezentat bl-aktar manjiera trasparenti u sahansitra anke thabbar pubblikament, fil-prezenza tad-Direttur tal-Biedja, ta' l-Agricultural Export Marketing Board, ta' rapprezentanti tal-bdiewa u ta' l-importatur Olandiz u fil-prezenza tal-gurnalisti.
Il-Ministru temm jghid li l-ispejjez kollha ghall-esportazzjoni ta' din is-sena kienu fl-istess livell bhas-sena l-ohra u dan jista' jigi kkonfermat mir-rapport li sejjer jigi mpoggi fuq il-mejda tal-Kamra ghada fil-ghodu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911