Infissra l-politika gdida fil-qasam ta' l-agrikoltura u s-sajd
Bdiewa, rahhala u sajjieda Ghawdxin attendew laqgha organizzata ghalihom fir-Rabat, biex tigi spjegata lilhom il-politika gdida tal-Gvern fl-oqsma rispettivi taghhom. Il-laqgha kienet indirizzata mill-Ministru tal-Biedja u Sajd is-Sur Noel Farrugia u mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo.
Dr Anton Refalo qal li s-Segretarjat ghal Ghawdex izomm laqghat kontinwi, permezz ta' ufficjali tieghu, ma' bdiewa, rahhal u sajjieda, bil-ghan li jkunu maghrufa u rimedjati d-diffikultajiet taghhom. Dr Refalo qal li l-agrikoltura u s-sajd huma setturi importanti u s-Segretarjat irid li dawn ikunu ewlenin u b'sahhithom fl-ekonomija Ghawdxija. Madankollu, qal Dr Refalo, tezisti nuqqas ta' koperazzjoni minn min jahdem f'dawn l-oqsma bir-rizultat li certi problemi jtulu iktar milli suppost.
Il-biedja u s-sajd f'Ghawdex se jkunu evalwati wkoll mill-Kummissjoni li ghadha kif twaqqfet fi hdan il-Ministeru tal-Biedja u Sajd, dwar dawn l-oqsma partikolari. Fil-gimghat li gejjin, fil-fatt se jibdew f'Ghawdex l-istess testijiet li saru f'Malta fuq hamrija u ilma. Fil-laqgha giet diskussa fit-tul il-problema ta' l-ilma ghat-tisqija u gie emfasizzat il-bzonn ta' infrastruttura tajba biex l-ilma tax-xita jkollu lqugh ahjar u ma jkomplix jintilef fi kwantitajiet kbar kif qed jigri. Il-progett ta' rijabilitazzjoni ta' moghdijiet ta' l-ilma mistenni jibda wkoll f'Ghawdex, fi zmien qasir.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911