Laqghat ta' Informazzjoni dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni
Ghada l-Hadd filghodu se tkompli s-sensiela ta' laqghat ghan-negozjanti. F'dawn il-laqghat, Ufficjali mid-Dipartiment tat-Taxxa, tad-Dwana u Sisa jzuru bliet u rhula Maltin u Ghawdxin biex jispjegaw is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li hadet post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li ghadda.
Ghada, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar, dawn l-ufficjali se jkunu
- fil-Junior Lyceum, Triq Wenzu Mallia, Hamrun; u
- fl-Iskola Primarja, Triq Blanche Huber, Sliema.
Il-laqgha tal-Hamrun hi mahsuba primarjament ghan-negozjanti z-zghar tal-Hamrun, Guardamangia, Pietà u Msida, waqt li dik ta' Sliema hija mahsuba ghal dawk ta' Sliema, Gzira u San Giljan.
Dawn il-laqghat jikkoncentraw fuq l-aspetti teknici u legali tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni u jinkludu taghrif fuq ir-registrazzjoni taht il-Ligi, il-mili tad-Denunzja (Return), il-hlas tat-taxxa dovuta, x'kotba u records ghandhom jinzammu skond il-Ligi, u x'refunds huma ntitolati ghalihom certi operaturi tan-negozju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911