Left arrow Mur Lura

Diskussa l-White Paper dwar Persuni b'dizabilita'

pr1438
Date Icon 23/07/1997

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilta' iddiskutiet mal-pubbliku Ghawdxi l-white paper dwar il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilta'). Ghal din il-laqgha pubblika attendew fost l-ohrajn edukaturi, genituri u persuni li jahdmu ma' persuni bi bzonnijiet specjali.

Il-laqgha kienet indirizzata mill-President tal-Kummissjoni Dr Silvia Zrinzo u mic-Chairman, is-Sur Joe Camilleri. Huma spjegaw il-partijiet tal-Ligi u l-implikazzjonijiet taghhom favur integrazzjoni ahjar ta' persuni b'dizabilta' fis-socjeta'. Fost is-suggerimenti li l-Kummissjoni se tikkunsidra wara din il-laqgha, hemm dik li jkun hemm rapprezentant minn Ghawdex fl-istess Kummissjoni.

Meta kellem lil dawk prezenti, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo qal li l-Ligi li qed tkun proposta ghandha taghti access lil persuni b'dizabilta' ghal dak kollu li sal-lum ma kellhomx access ghalih. Huwa qal li minkejja l-intenzjonijiet tajba tas-socjeta' fil-konfront ta' persuni b'dizabilta', sal-lum dawn in-nies mhux dejjem inghataw l-istess opportunitajiet biex javvanzaw f'hajjithom.

Dr Refalo qal li l-Ligi li qed tigi diskussa ghandha tikkumplimenta l-hidma ta' organizzazzjonijiet li jahdmu f'dan il-qasam, u li hafna drabi jsibu bibien maghluqa meta jigu biex jintegraw persuni b'dizablita' f'oqsma diversi tal-hajja. Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li s-Segretarjat tieghu huwa impenjat li jassisti lil persuni b'dizabilta' fil-bzonnijiet taghhom filwaqt li heggeg lil kull min jista' jikkopera b'hidma jew b'idejat biex jaghti l-kontribut tieghu favur dawn il-persuni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow