OASI - Fondazzjoni b'hidma importanti
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo iltaqa' mal-fundatur u direttur tal-Fondazzjoni OASI, Dun Manwel Cordina, fic-centru tal-Fondazzjoni fir-Rabat. Filwaqt li giet spjegata l-hidma tal-Fondazzjoni fil-qasam ta' kura u prevenzjoni mill-abbuz ta' droga u alkohol, Dr Refalo qal li l-Fondazzjoni ghandha ssib fis-Segretarjat tieghu kull ghajnuna u appogg li jkollha bzonn.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li organizzazzjonijet mhux governattivi ghandhom jahdmu b'koordinazzjoni ma' xulxin u wkoll ma' l-Istat u l-Knisja, u filwaqt li tkun garantita l-awtonomija taghhom, ghandhom jinghataw kull appogg mehtieg. Dr Refalo u Dun Manwel Cordina tkellmu dwar oqsma ta' koperazzjoni li jista' ikun hemm bejn is-Segretarjat ghal Ghawdex u l-OASI.
Dwar il-Fondazzjoni OASI
L-OASI dahlet fis-sitt sena ta' hidma taghha f'Ghawdex. Il-Fondazzjoni tahdem kemm fuq il-lat preventiv tal-problema ta' abbuz minn alkohol u droga kif ukoll fuq rijabilitazzjoni ta' persuni milquta minn dawn il-problemi, permezz ta' staff imharreg professjonalment dwar is-suggett.
L-OASI ssegwi t-taghlim tal-Minnesota Model li jippromwovi rijabilitazzjoni permezz ta' emfasi fuq il-lat psikologiku, spiritwali u socjali tal-persuni milquta mill-problema ta' dipendenza fuq alkohol u droga. Il-hidma ta' l-OASI twassalha wkoll sa skejjel pubblici b'edukazzjoni preventiva.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911