Left arrow Go Back

Bis-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni 60% tas-Self-Employed mhux se jibqghu Kolletturi tax-Taxxa

pr1183
Date Icon 18/06/1997

Bis-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni aktar minn 60% tas-'self-employed' mhux se jibqghu kolletturi tat-taxxa u se jkunu jistghu jikkoncentraw aktar fuq in-negozju taghhom. Dan qalu Dr. Gavin Gulia, Segretarju Parlamentari ghas-'self-employed' meta dalghodu ltaqa' ma' sidien tal-hwienet fil-Hamrun. Dr. Gavin Gulia qal li l-bejjiegha bl-imnut retailers minn dawk li ghandhom Super-Market sa l-izghar wiehed fuq il-Monti mhux se jibqghu jigbru t-taxxa ghall-Gvern bhalma kienu jaghmlu bit-Taxxa tal-VAT. Ir-retailers, issa, jibdew jixtru l-prodott, jaghmlu l-margni gusti taghhom u l-profitt u jbighu bla xkiel skond ma jiflah is-suq. Fuq kollox il-parti l-kbira tar-retailers mhux se jibqghu jhallsu spejjez zejda f'xoghol amministrattiv u xoghol zejjed ta' karti.

Is-Segretarju Parlamentari ghas- 'Self-Employed' qal li l-bejjiegha tas-servizzi bhal car hire, hairdressers, professjonisti, nies tas-sengha, mechanics, electricians, beauty centres, restaurants, bars, kafeteriji, take-aways ukoll se jinqalghu mill-gbir tat-taxxi. Dr. Gulia qal li bis-Sistema l-gdida dawn mhux se jibqghu jigbru t-taxxa minn kull klijent kif kellhom jaghmlu bit-Taxxa tal-VAT.

Bit-Taxxa tal-VAT tal-hwienet kien ikollhom flus fil-kexxun li mhux taghhom. Dr. Gulia qal li tal-hwienet kienu kontra din is-sistema. Issa r-retailer jista' jserrah rasu li l-flus li se jkollu fil-Cash Register tieghu se jkunu tieghu biss u mhux se jibqa' jigbor it-taxxa ghall-Gvern.

L-Avukat Gulia qal li bis-Sistema l-gdida min ma jbighx prodotti aktar minn Lm12,000 f'sena jew ma jipprovdix servizzi aktar minn Lm6,000 mhux se jigbor taxxa ghall-Gvern. Minn dawn hemm eluf, qal is-Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed : min jikri lit-turisti, min jahdem mid-dar biex jghin lill-familja, min jaghmel ftit xoghol part-time, min jahdem in-newl jew in-knitting, min ghandu hanut zghir. It-taxxa tal-VAT kienet ghamlet ingustizzja kbira meta eluf kbar ta' retailers kienu gew sfurzati jimlew il-formoli u jigbru l-VAT ghall-Gvern. L-Avukat qal li l-Gvern precedenti qatt ma ta widen ghall-ilment gustifikati tar-retailers li ma kienu qed jghaddu minn martirju kbir. Bis-Sistema l-gdida dan il-martirju se jispicca darba ghal dejjem.

L-Avukat Gulia qal li s-sistema l-gdida hija gusta mas-self-employed ghax it-taxxa se tithallas fuq il-prodott jew servizz darba biss. Fil-kaz ta' mastrudaxxa, ta' l-aluminium, tal-hadid u ohrajn bhalhom dak li jipproducu hu meqjus bhala prodott. Meta jbigh dan il-prodott, il-bejjiegh irid jigbor l-ETP (Sisa fuq il-Prodotti) minghand il-klijent fuq il-prezz. Is-servizz li jmur ma' dan il-prodott jitqies bhala parti minn dan il-prodott u ghalhekk fuqu wkoll tigi migbur l-ETP. Dan ifisser li fuq dan is-servizz mhux se tingabar ukoll l-ETS (Sisa fuq is-Servizzi).

L-Avukat Gulia qal li fil-kaz ta' electricians, tal-madum, plumbers, tillara, mechanics, bajjad u ohrajn bhalhom is-servizz taghhom jinkludi wkoll materjal li hu mehtieg biex jinghata dan is-servizz. F'dan il-kaz tithallas is-Sisa fuq is-Servizzi. Din tinzamm biss fuq il-parti tal-hlas dovuta ghas-servizz li jinghata u mhux fuq il-materjal ukoll. Biex l-ETS tithallas biss fuq is-servizz provdut u mhux fuq il-materjal ukoll, min jipprovdi s-servizz irid juri b'mod separat il-prezz tas-servizz u l-prezz tal-materjal.

L-agenti li l-hlas taghhom ikun forma ta' kummissjoni bhal burdnara, agenti ta' reklamar, agenti tat-turisti, distributuri tal-minerali u ohrajn bhalhom, se jhallsu Sisa ta' 5% darba biss. Fil-kaz ta' servizzi li jipprovdu dawn l-agenti, hafna drabi jkun fihom servizz moghti minn haddiehor li fuqu tkun diga' thallset l-ETS.

Self-Employed ohra bhal per ezempju hairdressers, parrukkiera, bars, kiosks u ohrajn li jipprovdu servizz kif ukoll ibighu prodotti japplikaw ghalihom kemm l-ETS fil-kaz tas-servizz u kemm l-ETP fil-kaz tal-prodotti. Dan kollu sabiex is-self-employed ma jhallasx taxxa doppja : ETP u ETS fuq l-istess prodott, jew ETP u ETS fuq l-istess servizz - izda jhallas biss ETP fuq il-prodott u ETS fuq is-servizz. Sintendi ghal dawn is-self-employed japplikaw iz-zewg thresholds ta' Lm6,000 fis-sena fuq is-servizzi provduti u Lm12,000 fis-sena fuq il-parti tal-bejgh taghhom bhala prodotti, dejjem sakemm dawn izommu kotba separati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow