Ikomplu l-laqghat tal-Prim Ministru mas-Self Employed
Is-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni hija mmirata biex taghti spinta lis-setturi ta' bejgh u xiri u tiggenera iktar negozju.
Waqt li kompla bil-laqghat ta' informazzjoni dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni, li saret f'Bormla, il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant kompla jaghti iktar taghrif lis-self-employed dwar kif se tithaddem is-Sistema l-Gdida.
Il-Prim Ministru spjega kif se jkun hemm sisa wahda ta' hamsa fil-mija ghall-servizzi provduti.
Is-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni, qal il-Prim Ministru Sant, se tkun hafna iktar semplici. Se jkun hemm eskluzi l-prodotti ta' l-ikel u tas-sahha. Se tnaqqas il-hafna formoli li kienet tesigi l-VAT, u tintbghat return wahda darba fis-sena minflok kull tlett xhur.
Il-Prim Ministru Sant spjega l-beneficcji tas-sistema meta wiehed ihares lejn il-pakkett shih. Huwa qal li ghalkemm certu prodotti jistghu jgholew perĂ² ohrajn se jorhsu hafna. Huwa qal li l-piz ta' dazju u sisa fuq certu prodotti ghandu jirrifletti f'piz inqas fuq il-kosumatur milli kienet il-hmistax fil-mija tal-VAT.
Huwa sostna li l-bidla fis-sistema ghandha tkun semplici u issehh minghajr telfien ta' zmien. Sar ukoll ftehim man-negozjati biex tkun tista' issir il-bidla. Hemm zewg toroq: wahda li jsir inventarju ta' l-istocks biex jigi stabbilit id-dazju u sisa li trid tithallas. It-triq l-ohra iktar facli, qal Dr. Sant, u din hija li n-negozjant ihares lejn l-input refunds li thallsu kemm ilha li giet introdotta l-VAT tul dawn l-ahhar tletin xahar, tittiehed medja ta' gimgha li imbaghad tigi multiplikata b'ghaxra u dik tkun it-taxxa li trid tigi rifondata lill-Gvern.
Il-Prim Ministru Sant fisser kif se tkompli ghaddejja l-kampanja ta' informazzjoni dwar id-dazji u sisa u kif se tolqot lin-negozji differenti. Huwa insista wkoll li kulhadd ghandu jaghti r-ricevuta. Il-Prim Ministru qal li s-Sistema l-Gdida se tkun ekwivalenti ghad-dazji u sisa li kien hemm qabel iddahhlet il-VAT.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911