Left arrow Go Back

Punti mid-Diskors tal-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni l-perit Charles Buhagiar waqt Konferenza Stampa fl-okkazjoni ta' Jum l-Ambjent

pr1089
Date Icon 05/06/1997

Skart mill-Industrija tal-Bini

Sal-lum l-iskart mill-Industrija tal-Bini qieghed jintradam gewwa l-Maghtab. B' din ir-rata ta' tkabbir tal-Maghtab ta' madwar tomna art ghal gholi ta' sitt metri kull gurnata hu kkalkulat li l-area tal-Maghtab tigi totalment mimlija sa l-ahhar ta' din is-sena.

Konxji minn din il-problema li qieghda anke tohloq gerha ambjentali inaccettabli, l-Ministeru ta' l-Ambjent flimkien mal-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni bdew it-thejjijiet ghall-preparazzjoni ta' Waste Management Strategy addatta ghal pajjizna. Din l-istrategija trid twassal ghall-ahjar soluzzjoni ta' kif jigi dispost l-iskart bl-anqas hsara ambjentali possibli.

Minhabba li l-iskart ta' l-industrija tal-bini jammonta ghal madwar 85% tal-irdim ta' l-iskart li jiddahhal il-Maghtab, gie deciz li tittiehed azzjoni halli jinstabu alternattivi ghal kif jista' jigi dispost l-iskart.

Bdew konsultazzjonijiet bejn dawk kollha koncernati fosthom id-Dipartiment tal-Harsien ta' l-Ambjent, il-Korporazzjoni Servizzi ta' l-Ilma u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li kienu saru laqghat pubblici dwar din il-problema ghal dawk interessati. Mill-laqghat pubblici irrizulta li fis-short u l-medium term l-iskart ta' l-industrija tal-bini seta' : Jew jinhadem fil-barrieri inkella, preferibbilment, jigi riciklat. Ghaldaqstant ghal dawn id-diskussjonijiet gew mistiedna s-sidien tal-barrieri u r-rapprezentanti taghhom - l-ufficjali tal-GRTU. Minhabba li kwalunkwe soluzzjoni taffettwa l-operaturi fl-industrija tal-bini gew konsultati wkoll l-Federazzjoni ta' l-Industrija.

Dawn it-tahditiet waslu ghal soluzzjoni bbazata fuq dawn il-punti:

i) Il-barrieri kollha kemm tal-franka kif ukoll tal-qawwi setghu jintuzaw ghall-irdim jew riciklagg ta' l-industrija tal-bini. Fil-kaz ta' barrieri tal-qawwi, peress li dawn diga joperaw "crushers" m' ghandhomx bzonn ta' permess mill-Awtorita' ta' l-ippjanar ghal "change of use". Fil-kaz ta' barrieri tal-franka hemm bzonn li ssir applikazzjoni ta' "change of use" lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, hlief f'kaz li se jsir irdim bhala parti minn rijabilitazzjoni tal-barriera kif specifikat l-istess permess tal-barriera.

ii) Din l-attivita trid issir skond sett ta' regolamenti maqbula bejn il-partijiet kollha, inkluz is-sidien tal-barrieri.

iii) Din l-attivita' trid tkun licenzjata mid-Dipartiment tal-Harsien ta' l-Ambjent. Il-licenzja tithallas darba fis-sena u tkun soggetta ghall-bank guarantee jew indemnity insurance kontra kwalunkwe abbuz fil-process ta' l-irdim, b' mod partikolari sabiex jigi protett l-ilma tal-pjan (aquifier).

iv) It-trakkijiet li jgorru l-materjal iridu jkunu registrati u jridu jkunu soggetti ghall-spezzjonijiet rigoruzi kontra l-abbuz.

v) L-Awtorita' ta' l-Ippjanar titlob lil kull min jipproduci dan l-iskart waqt l-attivita' ta' kostruzzjoni sabiex qabel jibda' x-xoghol jimla' formola specifika fejn jaghti dettalji dwar il-mod kif se jigi trattat dan l-iskart. Din il-formola hi parti integrali mill-permess ghall-izvilupp.

vi) L-Awtorita' ta' l-Ippjanar se thejji manual ghall-uzu tas-sidien tal-barrieri dwar l-attivita permissibli

vii) Il-gvern irid jimpenja ruhu sabiex jippromwovi b' mod attiv il-prattika tar-riciklagg ta' dan l-iskart fil-pajjiz u b' mod partikolari fil-progetti tieghu.

Kif wiehed jista' jara' dan il-process jimplika tibdil fir-regolamenti ezistenti u anki formulazzjoni ta' regolamenti godda. Ghalkemm il-gvern mhux se jindahal b' mod dirett fuq ir-rati ta' hlas li se jitolbu s-sidien tal-barrieri sabiex jilqghu dan l-iskart fil-barrieri taghhom, jixtieq li tinghata indikazzjoni ta' dawn ir-rati peress li din b' xi mod se taffetwa l-prezz ahhari tal-propjeta'. Nista' nghid li tal-barrieri tal-qawwi diga indikaw rata li hi accetabbli. Tal-barrieri tal-franka jixtiequ li jkollhom aktar flessibilita b' mod partikolari skond jekk din l-attivita' se twassalx ghall-irdim permanenti jew inkella riciklagg.

Il-gvern hu deciz li l-Maghtab jinghalaq ghall-iskart ta' l-industrija tal-bini jekk hu possibli sa mhux aktar tard minn Awissu ta' din is-sena. Ghaldaqstant dawk kollha li huma interessati sabiex jidhlu ghal din l-attivita' gdida ta' trattament ta' l-iskart ta' l-industrija tal-bini huma mitluba sabiex minnufih jibdew diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

Rijabilitazzjoni ta' Mizbliet

Id-dipartiment tal-Wastes Management Implementation flimkien mal-Planning Unit tad-Divizjoni tax-Xoghlijiet Pubblici qeghdin jiffinalizzaw pjanijiet ghar-rijabilitazzjoni tal-mizbliet tal-Maghtab, ta' Wied Fulija u ta' Ghawdex. Dawn il-pjanijiet iridu jigu sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u wara li jigu approvati jkun jista' jibda' x-xoghol fuqhom.

Fil-kaz tal-Maghtab qeghdin nikkunsidraw il-possibilita' li niddrittaw parti tal-coast road li hi perikoluza hafna minhabba t-tidwir li fiha.

Progett Pilota ghas-Separazzjoni ta' l-Iskart Domestiku

Id-dipartiment tal-Wastes Management Implementation qieghed jiffinalizza pjani sabiex fil-gimghat li gejjien jibda' progett pilota ta' Separazzjoni ta' l-Iskart Domestiku gewwa Wied il-Ghajn.

Gbir ta' batteries uzati mill-hwienet u skejjel

Bhala parti mill-attivita importanti li ssir mid-dipartiment tal-Wastes ManagementImplementationinsibu s-separazzjoni tal-batteries uzati mill-bqija ta' l-iskart. Dan hu fattur li jaffettwa hafna l-produzzjoni tal-kompost minhabba l-elementi tossici f' dawn il-batteries.

Bhala rikonoxximent ta' din il-hdima se jigu pprezentati rigali lill-hwienet u skejjel li l-aktar kellhom success f' din il-hidma.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow