Dr. Joe Cilia jipprezenta premjijiet lir-rebbieha fl-Isports Day organizzat mill-Physically Handicapped Rehabilitation Fund
"Bil-hila, bir-rieda u bil-kuragg taghkom, intom diga irbahtu postkom fis-socjeta, issa jmiss lilna li nkunu kuragjuzi, li jkollna rieda u hila biex nirbhu l-battalja taghna ghal socjeta' izjed gusta u hanina li ma thalli lil hadd emarginat". Dan qalu is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, l-Onor. Joe Cilia waqt li kien qieghed jipprezenta it-trofej lir-rebbieha fl-iSports Day organizzat mill-PHRF.
L-Onor. Joe Cilia qal ukoll li dawn il-persuni mhu qed jitolbu ebda trattament specjali jew preferenzi lis-socjeta. Qeghdin jitolbu biss li jigu trattati bhala cittadini normali u li jinghatalhom cans li jkunu cittadini normali.
Huwa kompla jghid li l-Gvern hu impenjat li jghin lil kulhadd, specjalment dawk li wahedhom ma jistghux jehduha kontra forza b'sahhitha bhal ma hu is-suq. Huwa kompla sahaq li llum meta ir-rebgha telghet fuq tron u l-egoizmu sar moda, hu veru ta' sodisfazzjon kbir tara li ghad hawn nies li bl-agir umanitarju taghhom juru li l-poplu taghna huwa matur, civili u b'kuxjenza socjali li ggeghelu jimpurtah minn hutu.
L-Onor Cilia ghalaq billi stqarr li dawn il-loghob u kompetizzjonijiet sportivi huma prova cara tan-normalita ta' dawn hutna u li huma isofru, ibatu u jirbhu bhal kull cittadin iehor.
Semma wkoll l-inizjattiva tal-Gvern biex persuna eletta minn fost il-persuni bi bzonnijiet specjali tkun fil-Kunsill Malti ghall-Isport, l-oghla organu sportiv f'pajjizna. B'dan il-mod, il-Gvern qieghed jaghti lehen u rwol dirett lil dawn il-persuni biex jaraw li fil-qasam tal-isport ikun hemm decizjonijiet konformi mal-htigijiet ta' dan is-settur integrali tas-socjeta taghna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911