Left arrow Mur Lura

Suldati Maltin jiehdu sehem fl-Ezercizzju Canale 97

pr1048
Date Icon 03/06/1997

Kontingent ta' suldati Maltin illum qed jiehu sehem fl-ezercizzju CANALE 97 f'tahrig militari ta' natura pacifika ma' suldati minn pajjizi membri tal-Konferenza Ewro-Mediterranja. Dan it-tahrig qieghed isir fi Sqallija u fl-ibhra ta' madwar fejn qeghdin isiru ezercizzji ta' tfittxija u salvatagg, tahrig ta' infuzar ta' Ligijiet Marittimi dwar traffikar ta' immigranti illegali u traffikar ta' droga.

Ajruplan, zewg patrol boats u helicopter tal-Forzi Armati ta' Malta qeghdin jiehdu sehem f'dan it-tahrig flimkien ma' tnax-il vapur u ghaxar ajruplani mill-Italja, Franza, il-Grecja u t-Turkija. Hames pajjizi ohra mill-Konferenza Ewro-Mediterranja - Cipru, l-Egittu, il-Marokk, il-Gordan u l-Algerija - baghtu osservaturi ghal dawn l-ezercizzji.

Il-kontingent Malti jinkludi 14-il ufficjal u 82 suldat u huwa l-akbar ezercitazzjoni barra minn xtutna. L-involviment tal-Forzi Armati ta' Malta f'tahrig u ezercizzji barra l-pajjiz se tkun prijorita kontinwa importanti tal-Gvern Malti.

Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant illum qieghed jattendi ghal dawn l-ezercizzji u kmieni dalghodu se jmur Sqallija biex minn hemmhekk ikun jista' jsegwi t-tahrig tas-suldati Maltin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

Aktar Stqarrijiet Right arrow