Attivitajiet biex jitfakkar Jum l-Ambjent
Nhar il-Hamis, 5 ta' Gunju, huwa l-Jum Dinji ta' l-Ambjent. Biex jikkommemora din l-okkazjoni, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent qed jorganizza diversi attivitajiet, fosthom f'Wied il-Ghajn, f'Bugibba u fil-Fgura. Qed jintwerew ukoll plays fuq temi ambjentali, imtella' mit-tfal ta' l-iskejjel mid-Drama Unit tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
Il-qofol ta' l-attivitajiet se jsiru nhar il-Hamis meta f'Misrah il-Helsien, il-Belt, Valletta, barra li se tkun ikkonvertita fi gnien, se jkun fiha attivita' shiha. Se jintramaw diversi stalls minn fejn se jsir bejgh ta' pjanti, xtieli u kompost bi prezzijiet baxxi. Se jiehdu sehem diversi ghaqdiet favur l-Ambjent li kull wahda minnhom se ttella' progett b'tema fuq l-Ambjent. Se jiehdu sehem ukoll it-tfal ta' l-iskola ta' Bormla u se tittella play qasira ghall-okkazjoni.
Din l-attivita tibda fid-9.00 ta' filghodu u tibqa' sejra sas-6.00 ta' filghaxija.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900