Zviluppi fl-Industrija lokali tas-Sajd
Iz-zieda ta' 20 centezmu fil-kilo, fl-esportazzjoni tat-tonn, ghenet lis-sajjieda biex din is-sena jkollhom dhul ta' 54 fil-mija aktar, meta mqabbel ma' Mejju tas-sena l-ohra.
Minhabba li dan il-prezz kien ta' nkoraggiment ghas-sajjieda biex jesportaw, intlahqu arrangamenti bejn is-sajjieda u il-pitkala biex il-bejjiegha tal-hut ikollhom ghad-disposizzjoni taghhom bizzejjed tonn biex jkunu jistghu jaqdu l-htigijiet tal-konsumatur lokali.
Dan intqal mill-Ministru Noel Farrugia, Ministru tal-Biedja u Sajd waqt li kien qed jindirizza seminar ta' gurnata organizzat mill-"Ghaqda Komunitarja tas-Sajd ta' Marsamxett".
Il-Ministru ta l-figuri ufficjali ghall-qbid tat-tonn f'Mejju ta' din is-sena mqabbel ma' Mejju tas-sena l-ohra sabiex jikkonferma l-verita' tal-fatti.
Dawn il-figuri juru li waqt li f'Mejju 1996 inqabdu 55,311 kilo, b'valur ta' Lm107,624, sat-30 ta' Mejju 1997 il-qabda tat-tonn kienet ta' 78,767 kilo b'valur ta' Lm165,694, jigifieri zieda ta' 42 fil-mija fil-qbid u ta' 54 fil-mija fil-valur.
Il-Ministru Farrugia qal li anke f'dak li jirrigwarda qbid ta' hut iehor din is-sena kien hemm zieda sostanzjali tant li fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena ddahlu fil-Pixkerija 137,759 kilo ta' hut iehor mqabbel ma' 115,150 kilo, zieda ta' kwazi 20 fil-mija, waqt li l-valur zdied b'32 fil-mija.
Il-Ministru Farrugia sostna li dan ir-rizultat se jkun ta' ghajnuna biex is-sajjied ikompli jinvesti fl-immodernizzar ta' l-attrezzaturi tieghu.
Matul id-diskors tieghu habbar ukoll li l-gimgha diehla d-Dipartiment tas-Sajd flimkien mal-Fisheries Advisory Board se jiltaqghu biex jibdew jistudjaw it-tibdil necessarju fir-regolamenti tas-sajd ghall-gid ta' din l-industrija.
Il-Ministru Noel Farrugia temm billi appella lis-sajjieda full-time u part-time, sabiex josservaw l-ligijiet u r-regolamenti tas-sajd, l-aktar f'dak li ghandu x'jaqsam ma' protezzjoni ta' l-istocks tal-hut fl-ibhra Maltin u biex jigi kkontrollat sajd irresponsabbli u li jservi ta' dannu.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900