Il-Malta Hospice Movement jilqghu lill-Ministru Michael Farrugia
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia u s-Sinjura tieghu, flimkien ma' ufficcjali tal-Ministeru kienu l-mistiedna mill-Malta Hospice Movement, f'Hal Balzan sabiex jiltaghqu mal-pazjenti, mal-haddiema, kif ukoll ma' xi volontieri.
Il-Ministru Farrugia kien imdawwar mal-post mic-Chairperson, Ms Claudia Taylor East li ghamlet l-introduzzjonijiet mal-pazjenti.
F'kelmtejn li ghamel il-Ministru Farrugia qal kemm huwa importanti li ghaqdiet u assocjazzjonijiet, kif ukoll gruppi ta' volontiera, jahdmu flimkien sabiex jittejjeb l-ambjent ta' cittadini li jkollhom mard parikolari u bzonnijiet partikolari.
Bejn il-Gvern u l-Non Government Organizations (NGOs') ir-relazzjonijiet huma tajbin u kull grupp ikollu bzonn ghajnuna differenti bejn flus, oggetti u affarijiet ohra.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-gruppi volontarji li huma konnessi mas-settur tas-sahha, jinghataw l-ispazju kollu halli jahdmu. Il-hsieb tal-Gvern hu li jigi mmodernizzat l-iSptar Boffa u li ssir ir-ristrutturazzjoni necessarja. Huwa kompla li meta jigi mtejjeb l-ambjent u l-mod professjonali kif jigu iffaccjati l-problemi li jgib il-mard ikun il-pazjent li jkun qieghed igawdi.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li se tintbaghat persuna teknika li tista' tghin aktar fi tqassim ta' l-iSptar Boffa u sabiex is-servizz offrut ikun mill-ahjar.
Dr. Farrugia fl-ahhar irringrazzja lill-Hospice Movement u lic-Chairperson, Ms Taylor East ta' l-istedina u tal-laqgha li kellu.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900