Left arrow Mur Lura

Diskors mis-Segretarju Parlamentari Dr. Joe Cilia, waqt il-hatra tal-Kumitat: Youth for Europe III

PR1024
Date Icon 30/05/1997
Huwa unur u pjacir kbir ghalija li llum, nahtar dan il-Bordghall-Programm ta' l-Unjoni Ewropea maghruf bhala Youth for Europe III. Dan hu programm ghaz-zghazagh u jiena bhala Segretarju Parlamentari responsabbli ghaz-zghazagh, u li nemmen fil-hila, fl-inizjattiva u fl-idejali li thaddan iz-zghozija, ghazilt bord kompost kollu kemm hu minn zghazagh.
Dan il-Bord ghandu r-rwol specifiku li janalizza l-possibiltajietta' partecipazzjoni f'dan il-programm.
Infatti dan il-kumitat gdid qieghed ikun iffurmat minn tlettax-ilpersuna, kollha zghazagh, fosthom erba' tfajliet. Il-kompozizzjoni ta' dan il-board huwa xhieda hajja tal-fiducja shiha li ghandi fiz-zghazagh.
Il-Youth for Europe III jikkonsisti f'hames hekk imsejha actionsli huma -
Action A - Attivitajiet bejn il-Komunita' b'involviment diretttaz-zghazagh

Action B - Youth Workers

Action C - Koperazzjoni bejn il-pajjizi membri fil-qasam taz-zghazagh

Action D - Skambji ma' pajjizi mhux membri

Action E - Informazzjoni u ricerka ghaz-zghazagh.

Il-programm jahseb biex iservi liz-zghazagh f'aspetti varji fosthom,

Edukazzjoni formali u tahrig vokazzjonali,

Festivals ghaz-zghazagh fl-oqsma tal-muzika, drama u sport,

Programmi ta' btajjel

Study Tours u tahrig akkademiku

Vjaggar individwali

Skambji ta' klassijiet shah fl-iskejjel

Skambji li jistghu jhallu profitti finanzjarji

Laqghat statutorji u ta' assocjazzjonijiet.

Malajr tifhmu mhux biss l-isfida ecittanti li ghandkom quddiemkom,izda wkoll ir-responsabbilta' tremenda li ghandkom biex taghmlu success minn din l-inizjattiva.
Bil-hidma u bl-ghaqal taghkom ser tippruvaw li zghazagh Maltin jafujmexxu; ghandhom ir-rieda li jmexxu; ma joqoghdux lura milli jiehdu inizjattivi f'waqthom u jafu jfendu ghal rashom f'Organizzazzjonijiet internazzjonali.
Armati bil-fiducja taghna, iggwidati mill-ghaqal taghkom u mhegginmill-istint taz-zghozija ser tkunu l-pijunieri ta' programm ghaz-zghazagh, miz-zghazagh u mmexxi minn zghazagh.
Nifirhilkom kollha tal-kariga gdida taghkom f'dan il-kumitat unweghdkom li jien dejjem lest nghinkom f'kull diffikulta' u problema li tistghu tiltaqghu maghha.
Il-Kumitat tat-Tmexxija tal-Youth for Europe III huwa kifgej:

Mario Camilleri - Chairman

Josef Buttigieg - Segretarju

Membri:

Adrian Tonna
Vince Bond
Nathalie Camilleri Sultana
Joe Mifsud
Timothy Gambin
Joanne Caruana
Simone Inguanez
Doreen Balzan
Ronald Attard Pullicino
Chris Mamo
Ronald Balzan

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

Aktar Stqarrijiet Right arrow