Il-Ministru tas-Sahha jindirizza Konferenza dwar World No Tobacco Day - 31.5.97
PR1020
30/05/1997
| Madwar 60 miljun persuna mietu fl-ahhar disghin sena madwar | id-dinja kawza tat-tipjip. Fis-snin li gejjin huwa stmat li ser imutu bejn wiehed u iehor 10 miljun persuna fis-sena. F'Malta jmutu madwar 350 persuna fis-sena kawza tat-tipjip. |
| Dan qalu l-Ministru Michael Farrugia waqt konferenza stampa li ta | fl-ufficcju tieghu f'Sta. Venera, fl-okkazjoni tal-"World No Tobacco Day - 31 May 1997". |
| Huwa fisser ukoll il-hsara kbira li ssir fil-pulmun, fis-sistema | tan-nifs, fil-qalb, fic-cirkolazzjoni tal-gisem, fl-istonku, fl-ghonq tal-utru kif ukoll fit-trabi waqt it-tqala. Huwa semma li l-persuni li jpejjpu l-aktar huma z-zghazagh; filwaqt li anqas irgiel qed ipejjpu, l-incidenza fost in-nisa hija aktar. |
| Huwa spjega li minkejja li hawn individwi li ma jpejpux, izda | jghixu f'ambjent ta' foga ta' sigaretti, xorta wahda jbatu minn problemi assocjati mat-tabakk. Dan jaffettwa aktar u aktar lil tfal zghar, bhalma wera l-istudju pprezentat ftit xhur ilu dwar l-azma. |
| Huwa sostna li min ma jpejjipx ikollu anqas mard respiratorju u | jghix hajja u kwalita ta' hajja ahjar. |
| Huwa fahhar dawk ir-restoranti li jkollhom "No Smoking | Area" u bhala incentiv dawn ser jigu rreklamati mill-Health Promotion Department fi ktejjeb li ser ikun sponsorjat minn Delicata Ltd. |
| Huwa spjega li l-ahjar mod kif tigi attakkata l-problema tat-tipjip | m'ghadux billi wiehed ibezza imma billi wiehed iwassal il-messagg li m'ghadux moda li wiehed ipejjep u li t-tipjip huwa azzjoni anti-socjali. |
| Fi tmiem il-konferenza, il-Ministru Michael Farrugia gie pprezentat | b' 'computer image scanner' mill-Cutrico Ltd. |
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900