Ghajnuna tal-Gvern ghall-immodernizzar tal-facilitajiet sportivi
PR1007
29/05/1997
| "Il-Gvern ser jimpenja ruhu biex jimmodernizza l-facilitajiet | sportivi tar-Rainbows F.C." Dan habbru s-Segretarju Parlamentari responsabbli ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, l-Onor. Joe Cilia, meta kien qieghed jifrah lill-klabb ta' Hal Tarxien ghall-promozzjoni taghhom ghall-Premier League. L-Onor Cilia kien il-mistieden specjali fil-festa ta' celebrazzjoni tar-Rainbows F.C. |
| L-Onor. Cilia beda biex fakkar l-origini ta' dan il-klabb u | apprezza l-impenn u l-hidma bla heda ta' tant voluntiera biex dan it-tim dejjem baqa' jilghab fl-oghla divizjonijiet tal-M.F.A. |
| Is-Segretarju Parlamentari Cilia fahhar ukoll l-ispirtu sportiv li | dan il-klabb hu maghruf ghalih u anke ghan-nurseries li dejjem gharaf jorganizza. Minn dawn in-nurseries hargu players li anke meta marru jilghabu ma' l-aqwa timijiet ghamlu gieh u isem lill-futbol Malti. |
| L-Onor. Cilia kompla jawgura li din id-darba ir-Rainbows | jaghmlu succes anke fil-Premier League u appella lill-President, il-kumitat, il-coaches, il-players u lis-supporters biex ikomplu fl-isforzi u bis-sagrificcji taghhom biex r-Rainbows ikomplu sejrin tajjeb. |
| Is-Segretarju Parlamentari Cilia habbar li l-ghajnuna li ser jaghti | l-Gvern tahseb biex il-ground tar-Rainbows jigi rrangat u mixghul bil-floodlights; xoghol li ilu hafna biex isir. |
| L-Onor. Cilia ghalaq l-intervent tieghu billi awgura li s-sena li | gejja jerga' jirritorna biex jifrah lir-Rainbows ghall-prestazzjoni taghhom fil-PremierLeague. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900