Punti mid-Diskors tas-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani waqt il-ftuh tat-tielet Seminar organizzat mill-U.N. Institute on Aging
PR1006
29/05/1997
| Nibda billi nifrah lill-organizzaturi tas-Seminar ghaliex | qed iqajjmu kuxjenza qawwija dwar l-anzjani. L-anzjani jigu l-ewwel ghaliex huma nies li dejjem taw sehem qawwi lill-pajjiz. L-anzjani jigu l-ewwel ghal hafna nies; jigu l-ewwel ghal min jahdem maghhom, jigu l-ewwel ghall-familji taghhom, jigu l-ewwel ukoll ghal hafna ghaqdiet volontarji. Is-slogan tal-Gvern prezenti huwa "Ic-cittadin l-ewwel" u dan huwa aktar applikabbli ghall-anzjani. |
| L-informazzjoni li qed tohrog mill-progett Info-anzjan, ma hija | xejn inkoragganti. F'xi lokalitajiet fejn dan il-progett miexi sew, qed insibu li bejn 20% u 30% ta' l-anzjani qed jghixu wehidhom, mghobbijin b'hafna biza' u f'kundizzjonijiet degradanti. Din hija realta' li qed tohrog. Biex l-anzjani jigu l-ewwel irridu naraw dawn il-problemi u niehdu azzjoni immedjata. |
| Biex intaffu xi ftit mill-problemi ta' dawn l-anzjani fil-futur | qarib ser tinfetah l-Extension tad-Dar ta' l-Imtarfa u d-Dar ta' Bormla. Dawn ser jilqghu fihom madwar 100 resident. |
| Fil-present bdejna sistema fejn dawk l-anzjani li ghandhom bzonn | l-aktar kura residenzjali jinghataw prijorita'. Qed tinghata kull attenzjoni biex ir-residenti ta' l-Istituzzjonijiet jinghataw kull attenzjoni bl-aktar mod professjonali. Biex dan ikun possibli qed jithejja questionnaire sabiex ir-residenti kollha jkollhom l-opportunita' li jsemmu lehinhom. |
| Sfortunatament l-anzjani jigu l-ewwel ukoll mal-kriminali. Ta' | sikwit nisimghu u naraw fuq l-ahbarijiet, li xi anzjani gew attakati, misruqa u msawta. Diga' kien hemm diskussjonijiet mal-Ministri koncernati sabiex pjan ta' azzjoni jigi stabbilit. Inkomplu ninsistu biex il-gustizzja tkun aktar iebsa ma' dawk il-kriminali li jinqabdu jaghmlu attentati fuq l-anzjani. |
Hemm it-tendenza li l-anzjani jemarginaw rwiehhom u jaqghu lura. Irridu kontinwament niggieldu din il-kondizzjoni permezz ta' staff mharreg sew. Dawk in-nies li ghandhom bzonn ta' kumpanija ghandhom jkollhom prijorita' ta' servizzi bhal homehelp u Day Centres.
L-anzjani ghandhom jigu l-ewwel f'mohh kulhadd. Ghandha naghmlu s-socjeta' taghna aktar sensittiva lejn l-bzonnijiet ta' l-anzjani.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900