Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent
Waqt iz-zjara li l-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella, ghamel fil-Germanja bejn il-11 u t-13 ta' dan ix-xahar, fejn iltaqa', fost ohrajn, mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz, Klaus Kinkel, il-gurnalista Karl Stagno-Navarra ta' "In-Nazzjon" irraporta li "diversi gurnali influwenti Germanizi kellhom ton negattiv ghall-istil ta' politika Ewropea li ntghazlet mill-Gvern Laburista."
Wara l-Konferenza Stampa li ta fil-Ministeru tieghu l-ghada li rritorna mill-Germanja, il-Vici Prim Ministru talab lis-Sur Stagno-Navarra biex jindikalu liema kienu l-gurnali msemmija fir-rapport tieghu. Is-Sur Stagno-Navarra semma' l-gurnali "Der Spiegel" u "Frankfurter Algemeine". Huwa wieghed li jibghat kopji ta' dawn l-artikli lill-Vici Prim Ministru.
Sal-lum, minkejja li l-Ministeru kkuntattja lis-Sur Stagno-Navarra diversi drabi, dawn l-"artikli" ghadhom ma ntbaghtux lill-Vici Prim Ministru.
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent ikkuntattja lill-Ambaxxata Maltija f'Bonn u anki lill-Ambaxxata Germaniza f'Malta izda hadd ma rnexxielu jsib dawn l-"artikli" li "ikkwota" s-Sur Stagno-Navarra. Fil-fatt, l-unika rappurtagg fl-istampa Germaniza kienet intervista li saret mal-Ministru mill-gurnal "Bonner General Anzeiger", li huwa meqjus bhala gurnal influwenti hafna fost id-diplomatici u ufficjali gholja f'Bonn (li t-test tieghu gie ppubblikat hawn Malta) u li fiha ma kien hemm ebda kummenti negattivi min-naha ta' dan il-gurnal.
Dan kollu juri li l-"artikli" m'huma xejn hlief invenzjoni tas-Sur Stagno-Navarra, li bl-atteggjament tieghu wera nuqqas kbir ta' professjonalità gurnalistika, kif ukoll nuqqas ta' etika, u nuqqas ta' rispett lejn il-poplu Malti in generali u l-qarrejja tal- gurnal "In-Nazzjon" b'mod partikolari.
Dan it-tip ta' kredibbilita' tas-Sur Stagno-Navarra hija bizzejjed biex wiehed ma joqghodx jinhela jikkoregi l-kumplament ta' l-allegazzjonijiet bla bazi li saru fl-artiklu in kwistjoni ("In-Nazzjon", 13 ta' Marzu, 1997).
Other Press Releases:
PR261897
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR261896