Left arrow Mur Lura

Zjara f'Malta minn Delegazzjoni tal-European Free Trade Association - EFTA

pr0487
Date Icon 17/03/1997

Illum mistennija tasal Malta delegazzjoni mill-European Free Trade Association (EFTA) biex ikollha diskussjonijiet minn naha tal-Gvern.

Id-delegazzjoni se tkun maghmula mill-Ambaxxatur William Rossier, President tal-Kunsill ta' l-EFTA, is-Sur Knartan Johannsson, Segretarju Generali ta' l-EFTA u s-Sur Jean-Francois Ricard,Chairman tal-Kumitat ta' l-EFTA fuq Relazzjonijiet ma' Pajjizi Ohra.

Id-delegazzjoni ghada mistennija li jkollha gurnata ta' laqghat mal-Prim Ministru, mal-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, kif ukoll sessjoni ta' xoghol ma' delegazzjoni min-naha tal-Gvern maghmula mill-Vici Prim Ministru u Ministru ta' lAffarijiet Barranin u l-Ambjent, il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici u Finanzi, il-Ministru tal-Kummerc, il-Ministru ta' l-Industrija u s-Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed.

Id-delegazzjoni gejja Malta fuq stedina tal-Gvern, li ilu minn Novembru li stqarr l-interess tieghu li jsiru tahditiet bejn Malta u l-EFTA. Dawn huma mahsuba biex jigu esplorati l-modi kif Malta u l-EFTA jista' jkollhom rabtiet aktar mill-qrib. Bhala parti mill-politika tal-Gvern Malti biex itejjeb u jsahhah ir-relazzjonijiet mal-pajjizi kollha Ewropej, dawn it-tahditiet ghandhom ukoll iservu biex kemm Malta u kemm il-pajjizi ta' l-EFTA jsiru jafu ahjar x'inhuma l-possibiltajiet ghal koperazzjoni akbar bejniethom.

Minhabba li kienet mistennija l-bidla tac-Chairmanship ghall-ahhar tas-sena, kien gie deciz illi t-tahditiet jibdew mal-Presidenza Svizzera li hadet it-tmexxija minn Jannar 'l hawn u mhux mal-Presidenza Norvegiza li kienet waslet biex tispicca.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni

PR261907

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Aktar minn 200 tifel u tifla fil-fostering: Appell għal iktar ġenituri biex jidħlu għal din il-missjoni

PR261906

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...

Aktar Stqarrijiet Right arrow