Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali
B'referenza ghal dak li gie rapportat li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni, nhar il-Hadd 3 ta' Marzu, f'Ghawdex f'laqgha ta' djalogu, jidher car it-tahwid koncettwali tal-Partit Nazzjonalista dwar il-Kunsilli Lokali.
Il-Kap Nazzjonalista filwaqt li ammetta li l-indhil u l-partecipazzjoni tal-Partiti Politici jistghu jaqilghu firda politika, xorta baqa' jinsisti li l-Partit Nazzjonalista ghandu jibqa' juza lill-Kunsilli Lokali ghall-ghanijiet partiggjani tieghu fil-lokal, u ghalhekk bi hsiebu jiggieled b'kull mezz u b'kull mizura li tillimita dan l-indhil sfaccat. Issa gie minsi kompletament il-principju li l-Kunsilli Lokali huma ghac-cittadin.
Dr.Fenech Adami kompla hawwad l-imhuh meta ddikjara li l-principju baziku ta' Value for Moneyjinsab fil-ligi, imma peress li l-Gvern Laburista insista li dan il-principju jrid jigi attwat mill-Kunsilli, issa qed jakkuza lill-Gvern li ser jindahal kif il-Kunsilli jonfqu flushom. Ikun ahjar ghal Dr. Fenech Adami li jghid car u tond jekk iridx trasparenza u accountability fl-amministrazzjoni tal-pajjiz.
Il-Kap Nazzjonalista wera kemm huwa maqtugh mir-realta' tal-Kunsilli Lokali, meta esprima ruhu kontra li l-formola tal-finanzjament tigi aggustata b'mod oggettiv u maqbul, biex l-izbilanci jigu kemm jista' jkun eliminati. Barra minn hekk, Dr.Fenech Adami zbalja meta fid-diskors tieghu pprova jimminimizza r-responsabbilta' ezekuttiva tas-segretarji tal-Kunsilli.
L-akbar konfuzjoni tal-Partit Nazzjonalista tidher fir-rigward ta' nuqqas ta' opinjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar l-assenjazzjoni ta' haddiema mal-Kunsilli Lokali. Bejn il-Kap u s-Shadow Minister, Dr Austin Gatt, jidher li hemm dizgwid jekk jaqblux jew le dwar din l-iskema. Minn kliem Dr Fenech Adami jidher car li meta Dr Fenech Adami kien Prim Ministru u ghalhekk responsabbli mill-Kunsilli Lokali, ma kienx konxju tal-fatt li xi ftit Kunsilli fuq inizjattiva taghhom individwali kienu diga' bdew ihaddmu din l-iskema fuq bazi sperimentali.
Il-morsa li nqabad fiha l-Partit Nazzjonalista qeghda tohrog aktar fil-berah; ma jistax jaccetta l-inizjattivi pozittivi u l-process kontinwu ta' konsultazzjoni li l-Ministeru qed isegwi mal-Kunsilli u l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Nazzjonalista jrid ifixkel din il-politika ta' konsultazzjoni u dan jidher f'kull qasam iehor, pero kemm-il darba il-Partit Nazzjonalista jkompli juza il-Kunsilli bhala ghodda biex ifixkel lill-Gvern Laburista, jkun il-Partit Nazzjonalista li jkompli jitlef il-kredibilita' fil-gudizzju tal-poplu.
Fl-ahhar u mhux l-inqas il-Ministeru jheggeg lill-eletturi biex nhar it-8 ta' Marzu jmorru jivvutaw, u jaghzlu lil dawk il-kunsilliera tal-fiducja taghhom u li verament jirraprezentawhom. Il-Kunsilli jridu jkunu tac-cittadin biss u ta' l-ebda Partit politiku. Dan huwa principju fundamentali ghall-izvilupp tal-process tal-Kunsilli Lokali f'pajjizna.
Other Press Releases:
PR261920
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261919