Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministru ghall-Gustizzja u Kunsilli Lokali

PR2210
Date Icon 20/12/1996
B'referenza ghall-istqarrija ghall-istampa mis-Segretarju Generalital-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister ghall-Gustizzja u Kunsilli Lokali, l-Onor. Austin Gatt, dwar il-Kunsilli Lokali, wiehed kien jistenna li qabel ma jitkellem Dr.Austin Gatt kien jivverifika sew il-fatti dikjarati minnu.
Il-Partit Laburista ghandu mandat car biex jibqa' miexi 'l quddiembit-tibdiliet suggeriti fil-Manifest Elettorali dwar l-eliminazzjoni tal-listi tal-partiti politici fil-Kunsilli Lokali. Il-maggoranza assoluta tal-poplu Malti jrid dan it-tibdil u Gvern Laburista jonqos jekk ma jattwax l-emendi necessarji fil-Ligi fi zmien opportun.
Ghaldaqstant nirreferi lil Dr. Gatt ghall-pagna numru 190 tad-dokument"Ic-Cittadin l-Ewwel", u ghall-pagna 29 tal-Manifest Elettorali biex ma jergax jghawweg l-iswed fuq l-abjad.
Barra minn hekk il-biza li qed jipprova jdahhal fil-Kunsilli Lokali,juri bic-car li Dr.Gatt ghadu maqtugh mill-poplu u mill-Kunsilli Lokali u mhux konxju tal-problemi li l-Partit Nazzjonalista halla f'hogor il-Kunsilli Lokali, li konvenjentement kien juzahom bhala paraventu, ghall-inkapacita' tal-Gvern Nazzjonalista li jhaddem il-process ta' decentralizzazjoni b'mod effettiv ghall-gid tac-cittadin.
Barra minhekk, Dr Gatt hawwad b'mod irresponsabbli s-servizz tal-Wardensu enforcement tal-ligi, mal-gbir ta taxxi.
Il-Partit Laburista sa minn qabel l-elezzjoni stqarr illi l-Kunsillima ghandhomx ikunu l-istrument ta' impozizzjoni u gbir ta' taxxi peress li din hija responsabbilta' tal-Gvern Centrali. Il-proposta ta' twaqqif ta' Tribunali Regjonali ghall-enforcement iktar efficjenti tikkostitwixxi proposta konkreta u prattika li apparti li hija efficjenti tnaqqas il-piz amministrattiv tal-prosekuzzjoni li Gvern Nazzjonalista bl-iktar mod irresponsabbli ried jimponi fuq il-Kunsilli Lokali.
Il-Gvern Laburista qieghed b'mod serju u pragmatiku jindirizza l-problemital-Kunsilli Lokali, biex jirrendi l-istess Kunsilli effettivi u jkollhom l-opportunita' li jippjanaw ahjar l-progetti taghhom ghall-lokal.
Il-process ta' zvilupp huwa kontinwu, pero' l-ghan tal-GvernLaburista huwa li jkabbar il-fiducja tac-cittadini fil-Kunsilli Lokali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow